Ebda qbil dwar l-immigranti li jinsabu maqbudin fuq il-bastiment Diciotti

  • Aww 24, 2018 19:21
  • Miktub minn iNews

    Il-President Taljan, Giuseppe Conte qal li l-laqgħa b’urġenza dwar il-kwistjoni tal-immigrazzjoni, li ssejħet aktar kmieni llum mill-Kummissjoni Ewropea, ma wasslet għal imkien. Għaldaqstant, se tibqa’ għaddejja l-kwistjoni dwar il-150 immigrant li jinsabu fuq il-bastiment Diciotti u li mhux qed jitħallew jinżlu f’Katanja.

    F’messaġġ fuq Facebook, il-President Conte qal li l-Ewropa tilfet okkażjoni tajba biex turi s-solidarjetà u biex taqsam ir-responsabbiltà, kif dejjem tisħaq li huma l-valuri tagħha.

    Il-President Taljan qal li waqt il-laqgħa ma kompliex jinbena fuq il-konklużjonijiet li kienu saru fil-Kunsill Ewropew ta’ Ġunju li għadda. Anzi jistqarr li kien hemm Stati li pproponew pass lura, li jissuġġerixxi li jkun hemm ftehim bħal ta’ Dublin, fejn l-Italja tkun wieħed mill-pajjiżi li jkollu jieħu l-izjed immigranti, filwaqt li stati oħrajn jieħdu biss perċentwal żgħira.

    Conte qal li kulħadd jaf li fl-aħħar jiem, l-Italja qiegħda ssolvi emerġenza permezz tal-bastiment Diciotti u sostna li dan kollu qed juri l-ipokrezija ta’ bejn il-kliem u l-fatti.

    Għaldaqstant, il-President Taljan qal li minn issa ‘l quddiem l-Italja se tkun qiegħda timxi b’mod differenti fi kwistjonijiet Ewropej.

    Waqt il-laqgħa, kellu jintleħaq qbil dwar dikjarazzjoni li tinkludi ftehim dwar il-kwistjoni tal-bastiment ta’ salvataġġ li jinsab wieqaf f’Katanja. Il-ftehim kien li tinstab soluzzjoni bejn l-istati membri rigward dawn l-immigranti u dawk li niżlu fi Spanja dan l-aħħar.

    Min-naħa tal-Kummissjoni Ewropea, il-Kelliem Alexander Winterstein dalgħodu qal li t-theddid ma jgħin lil ħadd u ma jwassalx biex tinstab soluzzjoni. Hu qal li biex tinstab soluzzjoni, kulħadd irid jaħdem flimkien b’mod kostruttiv u bil-ħerqa li tinstab soluzzjoni.

    Winterstein irreaġixxa hekk wara li l-Italja heddedt li ma tibqax tikkontibwixxi għall-Unjoni Ewropea fir-rigward ta’ kwistjonijiet ta’ immigrazzjoni. Fil-fatt, kien proprju d-deputat Prim Ministru Luigi Di Maio li għamel din it-theddida. Il-kelliem tal-Kummissjoni qal li hemm obbligu legali li l-istati membri dejjem irrispettaw. Spjega li l-Kummissjoni Ewropea dejjem titlob lill-Istati Membri biex iħallsu kull wieħed minn tnax tal-kontribut għall-bilanċ u s’issa qatt ma ġrat li pajjiż ma jħallasx il-kontribut tiegħu.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0