Inawgurata l-espansjoni tal-bini u ż-żieda fl-impjegati tal-Awtorità dwar il-Mediċini

  • Aww 24, 2018 17:35
  • Miktub minn iNews

    L-Awtorità dwar il-Mediċini taħdem fuq tliet pilastri: l-effikaċja, is-sigurtà u l-kwalità tal-mediċini. Is-suċċess tal-Awtorità dwar il-Mediċini hu attribwit lill-impjegati professjonali u motivati ??li jaħdmu f’ambjent proattiv biex isostnu l-iżvilupp dinamiku fix-xjenza u l-ħtiġijiet regolatorji kemm lokali,kif ukoll Ewropej. L-Awtorità dwar il-Mediċini esperjenzat tkabbir sostenibbli f’impjegati bi kwalifiki għolja.

    L-investiment estensiv fil-kapaċità jirrifletti l-espansjoni tar-rwol regolatorju tal-Awtorità dwar il-Mediċini skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali u Ewropea fi tħejjija għall-isfidi u l-opportunitajiet ippreżentati minn Brexit. Il-funzjonijiet regolatorji ewlenin tal-Awtorità qed jiġu ottimizzati. Id-Direttorat tal-Liċenzjar żid b’mod sinifikanti n-numru ta’ prodotti mediċinali rreġistrati f’Malta. Id-Direttorat tal-Post-Liċenzjar eċċella fil-farmakoviġilanza. Id-Direttorat tal-Ispettorat u l-Infurzar żied l-ispezzjonijiet ta’ pajjiżi terzi. Id-Direttorat tal-Istrateġija, l-Operazzjonijiet u l-Affarijiet Regolatorji kien strumentali biex inkiseb rikonoxximent Ewropew u internazzjonali u ġiet żgurata s-sostenibbiltà tal-Awtorità.

    Id-Direttorat għall-Inizjattivi Xjentifiċi Avvanzati ġie stabbilit biex isaħħaħ is-settur xjentifiku tal-Awtorità dwar il-Mediċini u biex imexxi inizjattivi avvanzati li jseħħu f'Malta u fl-Ewropa, inkluż ir-regolamentazzjoni tal-kannabis għall-użu mediku. Għaddejjin diskussjonijiet ma’ stakeholders lokali u internazzjonali sabiex tiġi assigurata l-kwalità u s-sigurtà tal-prodotti tal-kannabis mediċinali miż-żerriegħa sal-pazjent. Qed isiru wkoll proġetti oħra dwar ir-regolamentazzjoni xjentifika tat-tagħmir mediku u tal-mediċini veterinarji.

    Ir-riċerka, it-taħriġ u l-edukazzjoni huma fundamentali għat-titjib tal-portafoll tal-Awtorità dwar il-Mediċini. B’numru ta’ modi diversi, l-impjegati tal-Awtorità dwar il-Mediċini jingaġġaw f’edukazzjoni kontinwa bħala parti integrali mix-xogħol tagħhom. L-għarfien iggwadanjat saħħaħ il-pożizzjoni adottata biex jintlaqaw sfidi u żviluppi fl-ambjent dinamiku tar-regolazzjoni tal-mediċini. L-isforz kollettiv, il-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni bejn l-impjegati professjonali u l-stakeholders poġġa l-Awtorità dwar il-Mediċini bħala regolatur eċċelenti.

    Is-Segretarju Parlamentari għall-Protezzjoni tal-Konsumatur u Valletta 2018 Deo Debattista qal li l-Awtorità dwar il-Mediċini ġiet rikonoxxuta mill-European Regulatory Network u l-US Food and Drug Administration għall-istandards professjonali u xjentifiċi tagħha. Dan is-suċċess tal-Awtorità dwar il-Mediċini qed jissarraf f’kontribut attiv fl-ambjent internazzjonali, xjentifiku u teknoloġiku.

    L-estensjoni tal-bini inawgurat illum ifakkar sitt xhur mill-mewt ta’ Micheal Chetcuti, assessur eżemplari u intelliġenti tal-mediċina. Dan il-post tax-xogħol jikkonsolida l-istrateġija tal-Awtorità dwar il-Mediċini bħala regolatur independenti, xjentifiku u li jpoġġi l-pazjent fiċ-ċentru tax-xogħol tiegħu.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook