Luke Micallef, Lisa Bezzina jirbħu l-unuri fil-Eurosport Birkirkara St. Joseph 5K Road Running Series.

  • Aww 24, 2018 16:00
  • Miktub minn iNews

    Il-Eurosport Birkirkara St. Joseph 5k Road Running Series ġew fi tmiemhom meta it-tielet u l-aħħar tellieqa tas-Serje saret ġewwa l-Imtarfa.  Minkejja il-fatt li s-Serje tinżam matul is-sajf u hija karaterizzata minn kundizzjonijiet sħan u b’umdita qawwija, is-Serje ta tlett tlielaq xorta żammet il-popolarita tagħha fejn attirat parteċipazzjoni konsistenti u kbira.  L-aħħar tellieqa tas-Serje rat lir-rebbieħa tal-klassifika ġenerali jigu ppremjati.  Ir-ranking finali kien ibbażat fuq ir-riżultati miksuba fit-tlett tlielaq. 

    Fil-Kategorija tan-Nisa, Lisa Bezzina kompliet id-dominju tagħha f’din is-serje, meta hi mhux biss rebħet it-tlielaq kollħa, iżda wkoll l-aħjar ħin, għall 2018, ġie miksub fl-aħħar tellieqa.   It-trio għal fuq il-podju tal-aħħar żewġ tlielaq kien mgħamul, flimkien ma Lisa Bezzina, minn Margaret Seguna u Tara Abdilla.  Iżda fir-ranking finali, kienu Lisa Bezzina, Tara Abdilla u Joelle Cortis – din tal-aħħar ħadet sehem fit-tlielaq kollha filli Seguna ħadet sehem biss fi tnejn. 

    Bir-rebbieħ tas-sena l-oħra Charlton Debono jirbaħ l-ewwel tellieqa, hu kien ikkunsidrat bħala il-favorit li jirbaħ din is-sena wkoll minkejja li kellu kompetizzjoni qawwi minn Luke Micallef. Kienet tkun interessanti kif kienet tispiċċa id-dwell bejn Micallef u Debono kieku dan tal-aħħar ha sehem fit-tlielaq segwenti. Dan minħabba li Micallef kompla jirreġistra ħinijiet aħjar fit-tlielaq l-oħra. 

    Dillon Cassar kompla jtejjeb il-prestazzjoni tiegħu fuq snin li għaddew meta din is-sena hu ha post fuq il-podju f’kull tellieqa.   Il-battalja għat-tielet post kienet dejjem bejn Stefan Azzopardi u Mark Herrera, b’dan tal-aħħar jgħeleb lil Azzopardi fl-aħħar tellieqa.  L-azzjoni kontinwa bejn dawn iż-żewġ atletli irriżultat f’distakk ta’żewġ sekondi biss bejniethom u fil-rankings finali Azzopardi jirbaħ it-tielet post. 

    Wara it-tellieqa it-trofej ġew preżentati lir-rebbieħa mill-President tal-Birkirkara St. Joseph Raymond Grech.  Il-Birkirkara St. Joseph Sports Club jixtieq jirringrazja lil-Transport Malta, il-Kunsill Lokali tal-Imtarfa, membri tal-Pulizija (Sezzjoni Traffiku), voluntiera u staff mediku li taw l-appoġġ tagħħhom matul il-Serje. 

    L-attivitajiet tal-atletika tal-Club jseħħu bejn it-23 u il-25 ta’ Novembru meta ssir il- Eurosport Malta International Challenge Marathon segwita mill- Eurosport Fleur-de-Lys 5k and 10k Road Races fit-13 ta’ Diċembru. 

    Għall iktar informazzjoni żuru -  www.bkarastjoseph.com 

    Eurosport Birkirkara St Joseph 5k Series Rizultati:

    Overall 

    L-Ewwel Post: Luke Micallef (Irġiel) - Lisa Bezzina (Nisa)

    It-tieni Post: Dillon Cassar (Irġiel) - Tara Abdilla (Nisa)

    It-tielet Post: Stefan Azzopardi (Irġiel) - Joelle Cortis (Nisa)

    Gruppi tal-Età

    Over 35: Kristin Balzan (Irġiel) - Joanna Camilleri (Nisa)

    Over 40: Morgan Brimmer (Irġiel) - Denise Borda (Nisa)

    Over 45: Charles Vella (Irġiel) - Carmen Hili (Nisa)

    Over 50: Peter Azzopardi (Irġiel) -

    Over 60: Stephen Mifsud (Irġiel) - Mariam Belsten (Nisa)

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook