Tpejjep u tagħmel użu wkoll mis-sigarett elettroniku? Jaf tkun qed tkabbar ir-riskju ta' attakk tal-qalb bi kważi 5 darbiet!

  • Aww 23, 2018 18:39
  • Miktub minn iNews

    Dawk in-nies li jagħmlu użu minn e-cigarettes kuljum għandom kważi d-doppju ċans li jsofru minn attakk tal-qalb minn persuni li ma jpejpux.Riċerka mill-Univerità ta’ Kalifornja wriet li dawk li qabel kienu jpejpu sigaretti tradizzjonali u mbagħad qalbu għal e-cigarettes jerġa’ għandhom riskju akbar li jsofru minn attakk tal-qalb minn persuna li qatt ma pejpet f’ħajjitha.

    Madankollu r-riċerka turi li dawk l-aktar f’riskju huma dawk li jpejpu sigaretti tradizzjonali u fl-istess waqt jagħmlu wkoll użu mis-sigarett elettroniku, bir-riskju tagħhom ikun ta’ 4.62 darbiet aktar li jsofru attakk tal-qalb.

    Dan filwaqt li dawk li jpejpu sigaretti tradizzjonali għandhom 2.72 darbiet aktar ċans li jbatu minn mard tal-qalb. Dawk in-nies li kienu jpejpu sigaretti u waqfu għandhom 1.7 darbiet aktar ċans li jsofru minn attakk tal-qalb.

    Dr Stanton Glantz, l-awtur tar-riċerka, qal li “l-biċċa l-kbira tal-adulti li jagħmlu użu mis-sigarett elettroniku xorta waħda jibqgħu jpejpu sigaretti tradizzjonali”.

    “Filwaqt li ħafna huma dawk li jaħsbu li qed inaqqsu r-riskji għal saħħithom, sibna li r-riskju għal attakk tal-qalb ikkaġunat minn sigaretti elettroniċi jkomplu jżid fir-riskji marbutin mas-sigaretti tradizzjonali. L-użu taż-żewġ prodotti fl-istess waqt huwa ferm agħar milli wieħed jagħmel użu biss minn prodott wieħed sepratament.”

    Ir-riċerka saret bejn l-2014 u l-2016 fost 69,452 parteċipant.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook