27 tifel u tifla jitniżżlu minn fuq id-Diciotti … Imma 150 immigrant ieħor jinżammu abbord il-bastiment tal-Gwardja tal-Kosta Taljani

  • Aww 23, 2018 16:39
  • Miktub minn iNews
"

    Wara li qattgħu kważi ġimgħa abbord il-vapur tal-Gwardja tal-Kosta Taljana “Diciotti”, 27 tifel u tifla li kienu abbord il-vapur aktar kmieni llum tħallew jinżlu l-art fil-port ta’ Katanja, fi Sqallija. Dan wara l-kwistjoni bejn l-Italja u Malta, bil-Gvern Taljan ma jagħtix permess lill-vapur jidħol f’port Taljan, u bil-Gvern Malti jisħaq li ma kellu l-ebda obbligu legali li jilqa’ lill-vapur.

    Il-Ministeru għall-Intern Taljan qal li t-tfal kollha kellhom bejn l-14 u s-16-il sena. Uffiċjali li se jiggarantixxu li d-drittijiet umani jkunu mħarsa intant telgħu abbord il-vapur.

    Il-Ministru għall-Intern Taljan, Matteo Salvini, ilbieraħ qal li kien se jħalli lit-tfal biex jinżlu minn fuq il-vapur, madankollu saħaq li l-bqija tal-immigranti, li jammontaw għal 150 persuna, kienu se jibqgħu jinżammu abbord id-Diciotti.

    Tul l-aħħar jiem kien QAM ukoll “battibekki” bejn il-Ministru Michael Farrugia, u Matteo Salvini u l-Ministru għall-Infrastruttura u t-Trasport Taljan Danilo Toninelli.

    Dan wara li Toninello kien attakka lil Malta u saħaq li “l-komportament ta’ Malta (fil-każ tad-Diciotti) għal darb’oħra jimmerita li jkun sanzjonat.” Kumment li qanqal ir-reazzjoni tal-Ministru Farrugia, fejn qal li “l-unika soluzzjoni aħħarija hija li jitniżżlu f’Lampedusa jew f’port ieħor Taljan”.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0