L-Unjoni Ewropea tħallas iżjed minn €200,000 għall-“istunt” politiku ta’ Salvini

  • Aww 22, 2018 19:10
  • Miktub minn iNews

    Investigazzjoni li saret mill-gazzetta euobserver turi li l-“istunt” li għamel il-Gvern Taljan fl-10 ta’ Ġunju, meta rrifjuta li jħalli lid-dgħajsa ta’ salvataġġ Aquarius milli tidħol fil-portijiet Taljani, swiet mill-inqas €200,000 lill-Unjoni Ewropea.

    L-euobserver tirrapporta li l-Italja nefqet mill-inqas €200,000 f’fondi Ewropej biex teskorat lill-Aquarius lejn Valencia fi Spanja wara li rrifjutat aktar minn 600 immigrant milli jinżlu fil-portijiet Taljani.  

    Din l-informazzjoni li nkisbet permezz ta’ talba għall-Ħelsien tal-Informazzjoni żvelat kemm ġie jiswa l-kont tal-gwardja tal-kosta Taljana li ġiet imsejħa biex tagħti l-assistenza tagħha f’din l-operazzjoni li kellha sfond politiku. Jidher ukoll minn din l-informazzjoni li 90% tal-flus li ntefqu għal dan il-vjaġġ tħallsu mill-fondi li tagħti l-Kummissjoni Ewropea għal servizzi ta’ salvataġġ ta’ emerġenza.  

    Eks-kmandant tal-gwardja tal-kosta Taljan, Vittorio Alessandro qal li dawn huma spejjeż eżorbitanti, speċjalment meta l-każ kien wieħed purament politiku, aktar milli motivat minn raġunijiet loġistiċi jew ta’ organizzazzjoni.

    Wieħed irid ifakkar kif fl-10 ta’ Ġunju, l-awtoritajiet Taljani rrifjutaw milli jħallu lill-Aquarius milli tidħol f’wieħed mill-portijiet tal-Italja. Din id-deċiżjoni ġiet interpretata bħala att ta’ forza lejn il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea mill-gvern il-ġdid Taljan.

    Fil-fatt, proprju f’dan iż-żmien, il-Ministru tal-Intern Taljan, Matteo Salvini kien beda jikteb fuq il-midja soċjali biex jingħalqu l-portijiet u anke kien kiteb li l-kumplament tal-Ewropa kienet tagħmel fattiha dwar l-immigrazzjoni. Kien hawn li l-Italja kienet ħadet il-pożizzjoni li ma taċċettax iżjed immigranti illegali u talbu biex dawn jiġu Malta minflok. Il-Gvern Malti kien spjega li s-salvataġġ tal-immigranti kien ġie kkordinat mill-Italja u għalhekk ma kinitx ir-responsabbiltà tiegħu.

    Filwaqt li kien hemm mumenti ta’ tensjoni internazzjonali, l-immigranti fuq l-Aquarius tħallew f’nofs il-baħar Mediterran u kien biss wara 24 siegħa li l-Prim Ministru Spanjol, Pedro Sanchez ħabbar li kien se jilqa’ lil dawn l-immigranti fil-port ta’ Valencia.

    Peress li għall-NGO SOS Mediterranee kien impossibbli li tieħu dawn l-immigranti waħedha, allura l-Gverrn Taljan ittrasferixxa mijiet minn dawn l-immigranti għal dgħajjes oħra li kienu operati mill-Gwardja tal-Kosta Taljana u l-qawwa navali Taljana. Filwaqt li kienet deċizjoni tajba, kienet waħda li għolliet in-nefqa tas-servizzi ta’ salvataġġ Taljani.

    Mill-informazzjoni li ngħatat mill-gwardja tal-kosta Taljana, jirriżulta li ntefqu mal-€215,000 biex jiġi operat biss bastiment wieħed li jiswa €740.15 għall siegħa li jbaħħar. B’kollox il-vjaġġ ħa mad-920 siegħa u allura s-somma telgħat daqstant. Intefqu wkoll €77,000 oħra fuq bastiment ieħor li jiswa €5,500 fil-ġurnata.

    L-eks-kmandant qal li ma kellhomx jinħlew daqstant flus fuq xi ħaġa li kulma kienet xow politika li spiċċat kibret iżjed milli kellha.

    Intant, is-sitwazzjoni politika preżenti dwar l-immigrazzjoni fil-Mediterran għadha waħda b’tensjoni kbira fejn l-awtoritajiet Taljani ripetutament jirrifjutaw dgħajjes tas-salvataġġ u spiss jissuġġerixxu li tkun proprju Malta li toħodhom minflok.  

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0