Festa Għeneb fis-Siġġiewi

  • Aww 22, 2018 18:28
  • Miktub minn iNews

    Festa Għeneb fis-Siġġiewi hija attività kulturali li jorganizza il-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi bil-għan li jitkattar l-għarfien dwar l-għeneb u r-rabta tiegħu ma’ dan ir-raħal.

    Is-Siġġiewi hu l-lokalità bl-akbar ammont ta’ dwieli u b’mijiet ta’ familji Siġġiwin involuti fil-proċess tal-għeneb. Is-seba’ edizzjoni ta’ Festa Għeneb se tkun qiegħdassir il-Ħadd li ġej mis-7.00 pm ‘il quddiem fi Pjazza San Nikola fis-Siġġiewi.

    Festa Għeneb hi attività li tinkludi prodotti marbuta mal-għeneb, kompetizzjoni tal-inbid, arti, artiġġjanat, divertiment minn kantanti u żeffiena lokali kif ukoll stands tal-ikel. Fl-attività ssir ukoll il-Kukkanja li saret sinonima ma’ Festa Għeneb u attrazzjoni ewlenija tal-attività.

    Il-programm ta’ din is-sena jinkludi wkoll poeżiji miktuba minn Siġġiwin, inkluż minn tfal. Matul l-attività, il-Kunsill Lokali se jniedi l-karattru tan-Nanna Kola. Dan hu karattru li nħoloq biex jgħaddi messaġġ dwar edukazzjoni ambjentali u wara li l-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi kien rebbieħ tal-European Week for Waste Reduction 2016. In-Nanna Kola se tkun qiegħda twassal il-messaġġ ambjentali tagħha flimkien mal-Kunsill Lokali għat-Tfal li twaqqaf fis-Siġġiewi ftit xhur ilu.

    Minbarra Festa Għeneb, il-Kunsill Lokali jorganizza flimkien ma’ għaqdiet lokali, attivitajiet kulturali oħra fosthom Jum is-Siġġiewi, il-Mixegħla tas-Salib tal-Għolja, il-Festa ta’ San Nikola u Pjazza Milied. Festa Għeneb issir bil-kollaborazzjoni tad-Dar tal-Providenza u VitiMalta u tinkludi s-sehem ta’ diversi għaqdiet lokali fis-Siġġiewi. Matul l-attività jinġabru fondi b’risq id-Dar tal-Providenza li mbagħad jiġu ppreżentati waqt il-Festa ta’ Generożità li ssir fl-Ewwel tas-Sena fis-Siġġiewi stess.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0