L-Arġentina taħraq 400 kilogramma kokaina li nstabet fl-Ambaxxata Russa fl-Arġentina

  • Aww 22, 2018 15:48
  • Miktub minn iNews
"

     

    F’każ li qanqal stupur fid-dinja diplomatika, il-Ministru għas-Sigurtà Arġentin Patricia Bullrich u l-emissarju Russu għall-Arġentina ħadu sehem fi proċess li fih inqerdu mal-400 kilogramma li nstabu fl-ambaxxata Russa fl-Arġentina fi Frar li għadda.

    Skont dak li ħareġ mill-investigazzjonijiet, il-kokaina kienet ta’ wieħed mill-uffiċjali diplomatiċi Russi li kienu jaħdmu fil-missjoni diplomatika Russa fi Buenos Aires. Fit-30 ta’ Lulju li għadda, l-awtoritajiet Ġermaniżi estradixxew lil Andrei Kovalchuk li huwa suspettat li kien jittraffika d-droga mill-Arġentina lejn ir-Russja.

    Il-Pulizija Arġentina kienu sabu d-droga, li kienet tammonta għal 389 kilogramma, fi 12-il bagalja. Huwa maħsub li mat-360 pakkett kienu ntbagħtu lejn l-Ewropea u r-Russja permezz ta’ posta diplomatika.

    Huwa stmat li d-droga kienet iġġib mal-$50 miljun fuq is-suq.

    Intant ir-Russja għadha tiċħad li uffiċjali tagħha għandhom x’jaqsmu mat-traffikar tal-kokaina. Dan filwaqt li ċaħdet ukoll li l-ajruplan għad-dispożizzjoni tas-Segretarju fil-Kunsill għas-Sigurtà Russu Nikolai Patrushev kien qed jintuża biex ikunu traffikati dawn il-bagalji mimlijin droga.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0