Imutu 37 wara żieda fil-każi tal-Ħosba fl-Ewropa

  • Aww 22, 2018 10:42
  • Miktub minn iNews

    Fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena hu rrappurtat li diġà kien hemm 37 imwiet fl-Ewropa kawża tal-Ħosba. Dan hu allarmanti meta wieħed jara li fit-12-il xahar tas-sena ta’ qabel kien hemm total ta’ 38 imwiet.

    F’Londra bejn Jannar u Ġunju 41,000 persuna kellhom il-Ħosba, waħda mill-aktar mard li jittieħed malajr u faċilment. Din is-sena n-numru tal-każi hu kważi d-doppju meta mqabbel mal-2017.

    Sarah Boseley f’artiklu ta’ The Guardian tistaqsi għala dan qed jiġri u minflok din il-marda qiegħda tiġi aktar ikkontrollata f’dawn iż-żminijiet tidher li qiegħda terġa’ titfaċċja. Jingħad li numru konsiderevoli ta’ ġenituri qegħdin jagħżlu li ma li lil uliedhom ma’ jagħtuhomx l-injezzjoni tal-MMR li hi kontra l-Ħosba, il-Gattone u r-Rubella. Ir-raġuni li qegħdin jagħmlu din l-għażla u l-implikazzjonijiet li qegħdin jikkawżaw qed ikun ta’ tħassib serju.

    Boseley tgħid li jkun faċli jekk wieħed jagħti t-tort kollu lil persuna waħda. Fl-1998 Andrew Wakefield, li dak iż-żmien kien gastroenterologist fl-isptar Royal Free f’Londra, f’artiklu li deher f’Lancet qal li l-MMR hi marbuta ma’ problemi fl-imsaren ta’ tfal bl-awtiżmu. Fl-artiklu deher studju li sar fuq tmient itfal. F’konferenza tal-aħbarijiet Wakefield ta parir li ma tingħatax l-MMR u l-mezzi tax-xandir ippubblikaw stejjer fejn ingħatat l-impressjoni li l-awtiżmu seħħ fil-perjodu li tingħata l-MMR bil-konsegwenza li ħafna ġenituri bdew jibżgħu jagħtu dan il-vaċċin lil uliedhom.

    Dak li qed jiġri issa jidher li huwa kawża ta’ din il-biża’ fejn it-tfal ma jingħatawx l-MMR biex ma toħroġilhomx l-awtiżmu.

    Ġenituri fl-Ingilterra ma ħadux lil uliedhom fiċ-ċentri tas-saħħa biex jevitaw li uliedhom jitaqqbu kontra l-MMR. Ir-rati ta’ kemm qegħdin jingħataw l-injezzjonijiet ta’ prevenzjoni tal-Ħosba niżlet għal 80% u f’ċerti nħawi f’Londra niżlet anke għal 60% biss. Każi tal-marda tal-Hosba bejn l-2001 u l-2013 splodew konsegwenza ta’ dan.

    Illum il-ġurnata l-Gran Brittanja reġgħet għolliet in-numru ta’ tfal li jingħataw dan il-vaċċin għal 90% però fl-Ewropa u anke fl-Istati Uniti qed ikun hemm aktar nies jirrifjutaw li jagħtu lil uliedhom l-MMR.

    Donald Trump innifsu esprima xettiċiżmu dwar il-vaċċini mentri fi Franza Marine Le Pen, mexxej tal-partit nazzjonali Rally, imexxi kampanja għad-dritt tal-ġenituri li jgħidu le għall-11-il vaċċin obbligatorji għat-tfal fil-pajjiż.

    Fl-Italja f’Lulju li għadda l-ministru tas-saħħa Beatrice Lorenzin għamlet 10 tilqima obbligatorji qabel ma t-tfal ikun jistgħu jibdew l-iskola. Dan wara li kien hemm madwar 5,000 każi tal-Ħosba fl-Italja li poġġiet lil dan il-pajjiż fit-tieni l-aktar post li għandu l-marda wara r-Rumanija fl-Ewropa. Iżda l-ministru tas-saħħa l-ġdid Giulia Grillo qalet li issa l-ġenituri m’humiex obbligati jagħtu l-iskola ċertifikati ta’ tilqim.

    L-artikolista tisħaq li l-marda tal-Ħosba hija waħda serja. Tfal b’saħħithom mhumiex fir-riskju li jitilfu ħajjithom però tfal fraġli u anzjani li s-sistema immunitarja tagħhom hi baxxa jistgħu jitilfu l-ġlieda kontra din l-infezzjoni. Tagħlaq billi tgħid li t-tilqim kien meqjus bħala xi ħaġa tajba għall-komunitajiet iżda f’din l-era ta’ biża’ u informazzjoni ħażin għandu mnejn li jkun hemm żieda serja u kbira ta’ każi tal-Ħosba.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0