Eritrean mixli li waddab flixkun tal-ħġieġ lejn barmaid

  • Aww 21, 2018 18:10
  • Miktub minn iNews

    Raġel li allegatament waddab flixkun tal-ħġieġ lejn barmaid bil-konsegwenza li darabha gravi, baqa’ jinżamm taħt arrest.

    Mussie Amare Kiflom, Eritrean ta’ 31 sena residenti l-Imsida, kien akkużat li darab lill-mara b’mod gravi, uża l-forza fuqha u fuq min iħaddimha kif ukoll li nsulentahom u heddidhom.

    Proprju tliet ijiem qabel seħħ l-inċident, l-Eritrean kien imwiddeb minn sid il-bar biex ma jersaqx lejn il-bar minħabba li kien magħruf li jaqla’ l-problemi meta jkun fis-sakra.

    It-Tnejn li għadda, malli l-bar kien se jagħlaq, l-akkużat ma riedx jitlaq minn fuq il-post u allegatament waddab flixkun fid-direzzjoni tas-sid iżda b’xorti tajba ma laqtux. 

    Huwa imbagħad qabad flixkun ieħor, waddbu lejn il-barmaid u laqatha. Hija kellha bżonn ħames punti f’rasha u sitta oħra fil-pala ta’ idha. 

    L-akkużat wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontra tiegħu, iżda baqa’ jinżamm arrestat.

    Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Stacy Attard.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook