Il-Grupp MAPFRE jiġbor fondi għal Dr Klown

  • Aww 21, 2018 16:37
  • Miktub minn iNews

    Impjegati ta’ MAPFRE Middlesea u MAPFRE MSV Life ipparteċipaw f'avveniment immirat biex jiġbor fondi għal Dr Klown Malta.

    F'attivita ħelwa matul ix-xahar ta’ Awissu, l-impjegati biegħu ġelati lill-impjegati sħabhom u nies oħra fil-Furjana, bil- flus kollha jmorru għal din l-għaqda.

    “Dawn il-voluntiera jagħtu l-ħin liberu tagħhom biex joħolqu tbissima lil tfal għaddejin minn ċertu tbatija. Xtaqna nuru l-apprezzament tagħna lejn ix-xogħol siewi li jagħmlu, billi aħna wkoll noħolqu tbissima,” qalet Ana Zammit Munro, Chief Officer Marketing ta’ MAPFRE Middlesea.

    Dr Klown hija organizzazzjoni mhux governattiva ddedikata biex tipprovdi servizz ta’ clown doctors fl-Isptar Mater Dei. Dawn huma voluntiera li huma imħarrġa apposta biex jgħinu lill-pazjenti żgħar.

    Dawn il-voluntiera iżuru lit-tfal fis-swali tal-isptar jew joqgħodu magħhom waqt li qed jieħdu it-trattament u jagħmlu minn kollox biex itaffu ftit mill-uġieħ permezz ta’ praspar, ċajt u logħob ieħor, dejjem addattat għas-sitwazzjoni.

    Matul is-sena, MAPFRE Malta torganizza għadd ta 'attivitajiet immirati biex iqajmu kuxjenza u jiġbru fondi għal entitajiet mhux governattivi differenti.

    Mapfre Middlesea p.l.c (C-553)  hija awtorizzata mill-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta ' Malta (MFSA) biex tmexxi Negozju  fit-tul u Generali skont l-Att dwar il-Kummerc tal-Assigurazzjoni, 1998.

    MAPFRE MSV Life p.l.c. (C-15722) hija awtorizzata mill-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta ' Malta biex tmexxi negozju tal-assigurazzjoni fit-tul taħt l-Att dwar il-Kummerc tal- Assigurazzjoni, 1998. L-entitajiet kollha huma regolati mill-MFSA.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0