Barroso f'taħditiet fil-Greċja

  • Lul 26, 2012 09:27
  • Miktub minn

    Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jose Manuel Barroso qiegħed Ateni biex jiddiskuti mal-gvern Grieg, jekk il-Greċja hiex f'pożizzjoni li tieħu s-self li jmiss mill-Unjoni Ewropea.

    Barroso mistenni jiddikjara li l-UE trid li Greċja tibqa' tagħmel parti mill-eurozone. Wara xhur ta' instabbiltà politika u żewġ elezzjoni ġenerali aktar kmieni din is-sena, il-Greċja għandha problemi serji biex tara li b'mod effettiv tilħaq il-miri ekonomiċi imposti fuqha mill-UE biex tkun tista' tieħu s-self li jmiss.

    Il-Kummissjoni Ewropea qalet li l-miri finanzjarji tal-Greċja għandhom jintlaħqu sa Awwissu, biex tkun tista' tittieħed id-deċiżjoni fuq l-aħħar parti ta' self li għandha tieħu mill-UE sal-aħħar ta' Settembru. Jekk ma sarx biżżejjed progress l-UE se żżomm l-aħħar parti ta' self. Dan jammonta għal €31.5 biljuni.

    Aktar kmieni din il-ġimgħa, il-Prim Ministru Grieg, Antonis Samaras qal li l-Greċja din is-sena se ssofri r-riċessjoni aktar milli kien maħsub. L-ekonomija Griega din is-sena mistennija tiċkien b'7 fil-mija, aktar mill-5 fil-mija previst mill-bank ċentrali Grieg.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook