Is-sħana tgħin lill-arkeoloġisti fir-Renju Unit

  • Aww 20, 2018 14:46
  • Miktub minn iNews

    Grazzi għall-ġimgħat ta’ sħana qalila li ħakmu fuq ir-Renju Unit inkixfet evidenza ta’ 1,500 sit arkeoloġiku madwar il-pajjiż. Dawn is-siti arkeoloġiċi jvarjaw minn monumenti li għandhom aktar minn 5,000 sena għal swali tal-era Tudor. 

    Kienu arkeoloġisti li jisdujaw patterns tal-ħaxix mill-għoli li l-ewwel innotaw dawn is-siti arkeoloġiċi li jvarjaw minn żmien il-Bronż għal Żmien ir-Rumani u aktar tard.

    L-arkeoloġisti qalu li l-ġranet rekord ta’ sħana li għamlet f’dan is-sajf kienu strumentali biex jinkixfu l-pedamenti ta’ dawn is-siti arkeoloġiċi. Dan hekk kif f’kundizzjonijiet niexfa jkun iktar faċli biex jiġu fformati l-cropmarks u dawn ikunu jidhru evidenti mill-ajru.

    Id-differenza fil-kulur u l-għoli tal-ħaxix huma strumentali biex juru patterns li jkun hemm fl-art u b’hekk ikunu jistgħu jidhru il-pedamenti jew il-post fejn kienu l-ħitan li jifformaw l-istruttura.

    Helen Winton, li hija l-kap tat-tim ta’ arkeloġisti li sabu dawn is-siti qalet li din kienet l-aħjar sena mill-2011 ’il hawn f’dak li għandu x’jaqsam ma’ skoperti ta’ siti arkeoloġiċi. Hija qalet li ftit se jkunu s-siti l-ġodda skoperti li se jiġu skavati, iżda li hu żgur hu li dawn se jintgħataw protezzjoni minn biedja intensiva jew żvilupp ieħor. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook