Barranija aggredita b’oġġett iebes wara argument bejn tliet persuni f’ristorant fil-Marsa

  • Aww 20, 2018 11:50
  • Miktub minn iNews

    Mara ta’ 25 sena mill-Eritrea qiegħda ssofri minn ġrieħi gravi wara li Eritrean ieħor allegatament aggrediha permezz ta’ oġġett iebes waqt li kienu f’ristorant fil-Marsa.

    Il-każ seħħ dalgħodu, għall-ħabta tas-1.00 a.m. x’ħin il-Pulizija kienu nfurmati bl-argument li seħħ bejn tliet persuni Eritreani ġewwa ristorant li jinsab fi Sqaq l-Ajkla, il-Marsa.

    Mill-ewwel stħarriġ tal-Pulizija rriżulta li għal xi raġuni kien qam argument bejn żewġt irġiel mill-Ertirea, li għandhom 30 u 33 sena u mara Ertireana ta’ 25 sena. Jidher li waqt l-argument ir-raġel ta’ 30 sena allegatament aggredixxa lill-mara b’oġġett iebes.

    Hija ttieħdet l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa fejn ġiet iċċertifikata li qiegħda ssofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

    L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan il-każ għadha għaddejja. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook