“El Mencho” l-aktar kriminal imfittex … Wara li sentejn ilu ġie arrestat “El Chapo”

  • Aww 19, 2018 16:39
  • Miktub minn iNews

    L-awtoritajiet Amerikani u Messikani poġġew lil eks-pulizija bħala l-aktar baruni tad-droga mfittex fuq il-lista tagħhom. Nemesio Oseguera Cervantes, magħruf bħala “El Mencho”, ġie identifikat bħala l-aktar kriminal perikoluż wara li fl-2016 kien ġie arrestat il-baruni tad-droga Joaquin Guzman Loera “El Chapo” fl-2016.

    Paul Craine, li mexxa l-Amministrazzjoni ta’ Kontra d-Droga fil-Messiku saħaq li Cervantes huwa l-“għadu pubbliku numru wieħed”.

    F’kumment lill-ġurnal “The New York Post” huwa qal li Cervantes għandu armata ta’ eluf ta’ ġellieda li magħrufin għall-vjolenza tagħhom.

    Cervantes imexxi lill-organizzazzjoni kriminali “Cartel Jalisco Nueva Generacion”. Din l-organizzazzjoni għelbet lil dik immexxija minn El Chapo fil-Messiku bħala l-aktar organizzazzjoni kriminali b’saħħitha.

    L-arrest ta’ El Chapo sentejn ilu ħoloq vojt ta’ poter, b’diversi kriminali jiġġieldu biex jieħdu l-poter tal-organizzazzjoni tad-droga li kien imexxi.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook