“Jeħtieġ li kulħadd jiġbed ħabel wieħed fuq l-ibbuljar” - Lelio Spiteri, Kap ta’ skola primarja

  • Aww 18, 2018 16:39
  • Miktub minn iNews

    Il-Kap tal-Iskola Primarja fir-Rabat Għawdex, Lelio Spiteri jikkummenta ma’ IT-TORĊA dwar l-ibbuljar u jgħidilna li “sfortunatament l-ibbuljar jeżisti f’kull skola. Xi drabi jidher, drabi oħra jkun hemm imma ma tarahx, ma tintebaħx bih kif ġieb u laħaq. Ma hawn ebda skola fejn l-ibbuljar mhux preżenti. Għalhekk jeħtieġ li kulħadd jiġbed ħabel wieħed biex din il-problema tiġi kkontrollata bl-aħjar mod possibli. Meta student iħoss li qed jiġi bbuljat, huwa importanti ferm li jitkellem, li jiftaħ qalbu ma’ xi ħadd. Dan jista’ jkun ġenitur, għalliem jew membru ieħor tal-istaff tal-iskola. Hawn pero’ irridu noqogħdu ferm attenti kif u meta nużaw il-kelma ibbuljar.”

    Itenni li “jekk student dejjaq student ieħor ta’ darba, dan ma jissejjaħx ibbuljar. Ilkoll nafu x’jagħmlu t-tfal. Mument jiġġieldu, mument ieħor jerġgħu jagħmlu paċi. Jissejjaħ ibbuljar meta l-azzjoni tkun ripetuta, fuq l-istess student. Meta jseħħ każ ta’ ibbuljar, huwa importanti li jittieħdu l-passi neċessarji biex dan jieqaf immedjatament. Kemm il-buli u kemm il-vittma, it-tnejn ikollhom bżonn l-għajnuna. Li wieħed jieħu azzjoni drastika mal-ewwel tista’ tħalli effett għal dak il-ħin imma nibża’ li ma ttulx. Bl-għajat u bit-tpattija, jew agħar minn hekk nieħdu l-liġi b’idejna, m’aħna ser insolvu xejn. Fl-iskola jeżistu persuni li huma mħarrġa apposta kif jimxu f’sitwazzjonijiet simili. Kollox isir fi spirtu ta’ djalogu. Jiġi mument fejn issir anke laqgħa mal-ġenituri tal-istudenti konċernati. F’dan kollu kulħadd irid jifhem li din l-imġiba mhix aċċettabli u trid tieqaf. Nemmen li l-vittma jeħtieġ ikun kapaċi jiddefendi lilu nnifsu, mhux bi tpattija imma b’attitudni li turi li hu mhux jibża’ mill-buli u li aħjar jieqaf u jħallih bi kwietu għax ser jgħid b’kollox lill-għalliem. Importanti ferm għalhekk li fl-iskola titrawwem u tinħoloq klima ta’ familja, ambjent ferħan fejn it-tfal iħossuhom komdi li jaqsmu dak li jħossu mal-edukaturi li hemm madwarhom, fi skola li tiċċelebra d-differenzi, fi skola li temmen li kulħadd għandu l-kulur tiegħu iżda li flimkien kapaċi joħolqu qawsalla mlewna, fejn ir-rispett u t-tolleranza huma l-ordni tal-ġurnata.”

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook