L-eks-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, Kofi Annan, imut fl-età ta' 80 sena

  • Aww 18, 2018 13:36
  • Miktub minn iNews

    L-eks-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, Kofi Annan, miet fl-età ta’ 80 sena. Annan qatta’ l-aħħar ġranet ta’ ħajtu fid-dar tiegħu f’Geneva, l-Iżvizzera, flimkien ma’ martu Nane, u wliedu Ama, Kojo u Nina.

    Huwa kien l-ewwel Afrikan b’karnaġġjon skur li nħataw bħala Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, rwol li okkupa bejn l-1997 u l-2006.

    Anna kien il-moħħ wara dak li sar magħruf bħala l-Millennium Development Goals, u kellu rwol ċentrali fil-ġlieda dinjija kontra l-AIDS, it-tuberkolożi, u l-Malarja. Kellu wkoll rwol fundamentali għall-ewwel strateġija tan-Nazzjonijiet Uniti kontra t-terroriżmu.

    Fl-2001 huwa rebaħ il-Premju Nobel għall-ħidma tiegħu favur id-drittijiet tal-bniedem.

    Antonio Guterres, is-Segretarju Ġenerali attwalitan-Nazzjonijiet Uniti, qal li Annan kien eżempju mill-aqwa. “F’aktar minn mod wieħed, Kofi Annan kien in-Nazzjonijiet Uniti. Kiber fl-organizzazzjoni u rnexxilu jmexxiha b’suċċess fil-millenju l-ġdid b’dinjità u determinazzjoni bla ebda paragun,” saħaq Guterres.

    Il-ħatra tiegħu għat-tieni term f’elezzjoni li għaliha ma kkontesta ħadd, tirrifletti l-appoġġ li kien igawdi kemm mill-pajjiżi l-għonja u kif ukoll minn dawn foqra.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook