Ir-Russja se tibgħat it-tieni kunsinja ta' fjuwil nukleari lill-Iran

  • Aww 18, 2018 12:37
  • Miktub minn iNews

    Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin Russu ħabbar li r-Russja mistennija li tibgħat it-tieni kunsinja ta’ uranju proċessat lill-Iran. Dan minħabba li l-Iran jeħtieġ li jkollu ħażna ta’ uranju ipproċesat u msaħħaħ sal-livell ta’ 20% sabiex ikun jista’ jħaddem ir-Reattur għar-Riċerka f’Tehran. l-ewwel kunsinja ta’ dan il-fjuwil nukleari kienet ngħatat lill-Iran fl-2017.

    Fi stqarrija li saret ilbieraħ, il-Ministeru Russu qal li Moska hija kommesa li tonora l-obbligi tagħha taħt il-patt attwali mal-Iran, bil-Gvern Russu mistenni li jkompli jaħdem biex il-patt nukleari tal-2015 jibqa’ fis-seħħ.

    Il-ministeru emfasizza li l-Gvern Russu se jibqa’ jikkopera ma’ \tehran fir-rigward ta’ oqsma speċifiċi għall-użu tal-enerġija atomika għal għanijiet paċifiċi.

    L-Istati Uniti kienet ħarġet mill-patt nukleari mal-Iran f’Meju li għadda, bl-amministrazzjoni tal-President Donald Trump tisħaq li dan il-ftehim kien wieħed imbarazzanti għall-pajjiż. Dan filwaqt li l-amministrazzjoni Amerikana qalet ukoll li se tkun qed tiftaħ negozjati ġodda mal-Iran bil-għan li jintlaħaq ftehim ġdid.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0