L-eks-plejer leġġendarju tal-cricket, Imran Khan, jieħu l-ġurament tal-ħatra bħala Prim Ministru tal-Pakistan

  • Aww 18, 2018 08:34
  • Miktub minn iNews

    L-eks-plejer leġġendarju tal-cricket, Imran Khan, ħa l-ġurament tal-ħatra bħala l-Prim Ministru l-ġdid tal-Pakistan. Dan wara li l-partit tiegħu rebaħ il-maġġoranza tal-voti fl-elezzjonijiet li żvolġew ix-xahar li għadda minkejja protesti mill-partiti rivali li akkużaw lis-servizzi sigrieti tal-pajjiż b’indħil.

    Khan ħa l-ġurament jum wara li ġie elett minn maġġoranza ta’ leġiżlaturi fl-assemblea nazzjonali.

    Il-partit tiegħu, Tehreek-e-Insaf irnexxilu jirbaħ l-aktar siġġijiet fl-elezzjonijiet li żvolġew nhar il-25 ta’ Lulju li għadda, madankollu kellu jifforma koalizzjoni mal-indipendenti biex ikun jista’ jiggverna.

    Tul il-kampanja elettorali Khan kien wiegħed li jiġġieled l-korruzzjoni endemika fil-Pakistan u li jneħħi l-monopolju tas-sidien tal-artijiet fuq il-politika.

    Uffiċjali mis-servizzi sigrieti ċaħdu l-allegazzjonijiet fil-konfront tagħhom.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook