Il-qattiela serjali Joanna Dennehy tipprova twettaq suwiċidju flimkien mas-sieħba tagħha … iżda jfallilha

  • Aww 17, 2018 13:29
  • Miktub minn iNews

    Il-qattiela serjali Joanna Dennehy allegatament ippruvat tneħħi ħajjitha b’idejha flimkien ms-sieħba tagħha fil-ħabs fejn qed isservi sentenza ta’ għomor il-ħabs.

    Dennehy, ta’ 35 sena, instabet mimlija demm wara li allegatament ippruvat tħanxar għonqha. Huwa mifhum li anke s-sieħba tagħha ppruvat tneħħi ħajjitha b’idejha. Dennehy qed isservi sentenza ta’ għomor il-ħabs wara li nstabet ħatja bil-qtil ta’ tliet irġiel fl-2013.

    Qed ikun rapportat li kemm Dennehy u kif ukoll is-sieħba tagħha ttieħdu l-isptar fejn irċevew kura għall-ġrieħi li għamlu lilhom infushom.

    Fuq medda ta’ għaxart ijiem f’Marzu tal-2013, Dennehy kienet qatlet lil Lukasz Slaboszewski, Kevin Lee u John Chapman fiż-żona ta’ Peterborough.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0