Aktar minn 300 aġenzija tal-aħbarijiet bdew kampanja kontra l-President Amerikan Donald Trump li qiegħda jattakka l-midja u jtellef mil-libertà tal-istampa.
Kienet il-Boston Globe li l-ġimgħa l-oħra talbet biex madwar l-Istati Uniti jkun iddikjarat li l-President Trump jinsab fi “gwerra maħmuġa” kontra l-midja. Min-naħa tiegħu, il-President Trump qal li dawn huma “fake news” u attakka lill-ġurnalisti meta qal li huma l-għadu tal-poplu.
Fi tweet, il-President Trump qal li dawn il-‘fake news’ huma l-oppożizzjoni fil-pajjiż u saħaq li huma ħżiena ħafna għall-pajjiż.
Esperti mill-Ġnus Magħquda wissew li l-kummenti ta’ Trump dwar il-midja jżidu r-riskji ta’ vjolenza kontra l-ġurnalisti.
Wara s-sejħa tal-Boston Globe, minnufih kien hemm mal-100 organizzazzjoni tal-aħbarijiet li ngħaqdu magħhom. Issa dawn żdiedu għal 350 aġenzija tal-aħbarijiet, li jinkludu wkoll pubblikazzjonijiet internazzjonali bħal The Guardian.
Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.
Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra.
Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub.
Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett.
Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju,
inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.
Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek,
se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih.
F'din l-imejl se tirċievi security code.
Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni.
Din hija proĊedura li ssir darba.
Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek.
Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.