[ARA] Isalvawh wara li waqa' 40 metru bil-vann minn fuq il-pont Morandi … “Baqa' jissielet għal ħajtu biex jara lil ibnu jitwieled”

  • Aww 16, 2018 14:13
  • Miktub minn iNews

    Filmat li ġie ppubblikat mit-taqsima tat-tifi tan-nar fl-Italja juri s-salvataġġ ta’ raġel li baqa’ maqbud fil-vann tiegħu wara t-tiġrif tal-pont Morandi fil-belt ta’ Genoa.

    Fil-filmat, il-ħaddiema tat-tifi tan-nar jidhru jassistu lin-negozjant Gianluca Ardini, ta’ 28 sena, li nqabad fil-vann wara li dan waqa’ għoli konsiderevoli. Il-midja lokali qed tirrapporta bħala miraklu li Ardini ma mietx fl-inċident wara li dan waqa’ għoli ta’ 120 pied.

    Is-sieħba tiegħu, Giulia Organo, qalet li Ardini kien determinat li jibqa’ jissielet għal ħajtu biex ikun jista’ jara t-twelid ta’ binhom. Hija kompliet tirrakkonta kif il-ħaddiema tat-tifi tan-nar ordnawlu biex ma jagħmel l-ebda moviment minħabba li dan seta’ jikkaġuna lit-trakk biex jaqa’ aktar ’l isfel qalb it-tifrik tal-pont.

    Intant uffiċjali Taljani saħqu li għad hemm 20 persuna rapportati neqsin.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0