Il-ġlieda għat-titlu Ewropew trid terġa' ssir

  • Lul 26, 2012 08:55
  • Miktub minn
"

    Il-ġlieda bejn il-boxer Malti Dione Galea u l-boxer Ingliż Jason Curtis spiċċat fi dro.

    Il-ġlieda boxing ta’ sitt rawnds bejn il-veteran Galea, li huwa ranking 4 f’EBF, kontra n-numru wieħed l-Ingliż Curtis spiċċat fi dro u għalhekk iż-żewġ boxers iridu jerġgħu jiġġieldu kontra xulxin f’Novembru li ġej fl-Ingilterra.

    Fl-ewwel rawnd iż-żewġ boxers ħarġu jistudjaw lil xulxin u mal-ħin bdew jattakaw lil xulxin. Fit-tielet rawnd Galea beda jagħfas iktar lill-avversarju fejn tah daqqa bix-xellug u żbilanċjah xi ftit.

    Fir-raba’ rawnd reġa’ kien Galea li beda jattakka l-iktar imma fil-ħames rawnd naqas ir-ritmu u ta ċans lill-Ingliż li jattaka. Fl-aħħar rawnd it-tnejn baqgħu jissieltu sa l-aħħar tant li riżultat spiċċa fi dro.

    Fl-istess turnament kien hemm seba’ ġliediet oħra bejn Maltin u Ingliżi fejn: Lydon Chircop għeleb lil Omar Dusari bil-punti, Brandon Borg għeleb lil Billy Shah TKO fit-tieled rawnd, Alfred Bonnici ġie skwalifikat wara li ta daqqa lill-avversarju wara li kien waqahfom ir-referi bil-konsegwenza li Paul Marsden waqa’ mal-art u ma setax ikompli l-ġlieda. Filwaqt li Joseph Bonello għeleb lil Gary Catterill b’KO fit-tieni rawnd, Justin Grech għeleb lil Mike Roberts bil-punti, Tyron Borg għeleb lil Cayan Hughes b’KO fit-tielet rawnd;u Billy Corito rebaħ b’KO fl-ewwel rawnd kontra Eric Thompson.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0