Donald Trump irid li tingħata l-piena tal-mewt lill-pedofeli li jaħtfu lit-tfal

  • Aww 16, 2018 10:00
  • Miktub minn iNews

    Fl-Istati Uniti hu stmat li madwar 800,000 tifel u tifla kull sena jiġu rrappurtati nieqsa u dan ifisser li ta’ kuljum 2,000 tfal jiġu maħtufa. Iċ-ċentru nazzjonali għat-tfal abbużati u rrappurtati nieqsa qal li din l-istatistika turi li kull 40 sekonda tifel jew tifla jispiċċaw vittmi ta’ abbuż.

    Fi tweet mill-President Amerikan, Donald Trump, huwa qal li jħoss il-bżonn li jagħmel xi ħaġa għal dawn it-tfal maħtufa mill-pervertiti għax hemm wisq każi. Hu sostna li l-id tal-ġustizzja għandha tkun ħarxa u l-proċess mgħaġġel. Tenn li dawk misjuba ħatja għandhom jingħataw is-sentenza tal-mewt.

    L-iskandlu “pizzagate” li fih instabu ħatja ta’ pedofelija fost persuni mill-għola livelli soċjali, seta’ wassal għall-kumment tal-President Amerikan, Donald Trump, meta ddikjara li jrid jeħles malajr minn dawn il-predaturi sesswali billi jagħtihom is-sentenza tal-mewt. 

    Fost mistoqsijiet li qamu wara li Trump ħareġ b’din it-tweet hemm dik li, ‘kemm Trump hu verament lest li u jikkundanna lil dawk il-pedofeli li huma fl-għola livelli soċjali?’

    Il-ġlieda kontra l-abbużi fuq it-tfal intensifikat sew b’rejds li saru man-nazzjon kollu fl-operazzjoni “pizzagate” fejn dan l-aħħar aktar minn 500 persuna ssuspettati b’offiżi ta’ abbużi sesswali fuq minorenni kienu arrestati.

    Dawn l-arresti, li bdew tliet ġimgħat ilu u laħqu l-quċċata fis-Super Bowl il-Ħadd li għadda, saru f’ħidma konġunta bejn 23 agenzija tal-forzi tal-ordni f’14-il stat li ħadu sehem fl-inizjattiva tan-National Johns Suppression. 

    Fi Houston biss, li fih ittella’ s-Super Bowl, ġew arrestati 183 pedofeli fosthom żewġ pumpieri, ex-pulizija u impjegat prominenti fl-istess belt.

    F’rapport riċenti mill-FBI jingħad li preżentement it-traffikar u stupru ta’ tfal fl-Amerika huwa l-akbar weġgħa tal-pajjiż u ħafna jittamaw li Trump iżomm il-wegħdiet tiegħu għax tinħass il-ħtieġa urġenti li din il-problema tiġi indirizzata malajr kemm jista’ jkun.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook