“Dawk responsabbli mill-imwiet tal-35 vittma se jkollhom jerfgħu r-responsabbiltà” … L-għada tat-tiġrif tal-Pint morandi f'Genoa

  • Aww 15, 2018 10:18
  • Miktub minn iNews

    “Dawk responsabbli mill-imwiet tal-35 vittma se jkollhom jerfgħu r-responsabbiltà.” Hekk saħaq il-Ministru Taljan għat-Trasport u l-Infratruttura, Danilo Toninelli, hekk kif sejjaħ it-tiġrif tal-pont Morandi li jagħmel parti mill-highway A10 bħala “traġedja enormi”.

    Huwa qal li tul iż-żmien il-pont sarulu xogħlijiet ta’ manutenzjoni “eżorbitanti”. “L-ewwel informazzjoni li għandi hija li x-xogħol ta’ manutenzjoni kien sar, iżda dan ma jistax ikun. Dawn it-traġedji ma jistgħux iseħħu f’pajjiż ċivilizzat bħall-Italja.”

    Il-pont kien inbema fl-1967 u kien iservi wkoll biex jgħaqqad il-highway A10 mal-highway A7, u għaldaqstnt kien ilu jiġi użat b’mod konsiderevoli għal dawn l-aħħar 50 sena.

    Fil-bidu tas-snin 90, is-suspension cables tul il-pont kellhom jinbidlu, u aktar xogħol ta’ ristrutturar kienu saru fl-2016.

    Fl-2016 il-professur Antonio Brencich mill-Università ta’ Genoa, kien wissa li l-ispejjeż għall-manutenzjoni tal-pont tant kienu eżorbitanti li kien ikun ferm irħas li kieku dan kellu jitwaqqa’ u jinbena uieħor mill-ġdid.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0