Investigazzjoni f'Pennsylvania tikkonkludi li aktar minn elf tifel u tifla sfaw abbużati sesswalment minn membri tal-kleru

  • Aww 15, 2018 09:52
  • Miktub minn iNews

    Il-Qorti Suprema ta’ Pennsylvania ppubblikat rapport ta’ ġurija li jagħti dettall fuq l-abbużi sesswali fil-Knisja Kattolika. F’dan ir-rapport issemmew mat-300 qassis li lkoll qed jiffaċċjaw akkużi relatati ma’ abużi sesswali.

    L-investigazzjoni tal-ġurija tefgħet dawl fuq il-fatt li f’dawn l-aħħar 70 sena aktar minn 1,000 tifel u tifla kienu sfaw abbużati minn qassisin li jappartjenu lil sitt djoċesi fl-istat ta’ Pensylvania.

    Ufiċjali qalu li din l-investigazzjoni turi wkoll kif il-Knisja sistematikament ippruvat tgħatti wħud minn dawn il-każi.

    Dan ir-rapport huwa l-aħħar wieħed tax-xorta tiegħu li jikkonċerna inkjesti dwar abbużi sesswali mill-membri tal-kleru.

    L-investigazzjoni, li damet għaddejja 18-il xahar, ikkonkludiet li “aktar minn elf tifel u tifla vittmi ta’ abbuż sesswali ġew identifikati minn dokumenti tal-knisja stess. Madankollu n-numru ta’ tfal li sfaw vittmi jaf fil-verità jammonta għal eluf.”

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook