[ARA] Mijiet ta' karozzi jingħataw in-nar fl-Iżvezja minn gangs ta' żgħażagħ taħt l-età

  • Aww 14, 2018 14:38
  • Miktub minn iNews
"

    Mijiet ta' karozzi huma rapportati li ngħataw in-nar madwar l-Iżvezja, hekk kif gangs ta’ żgħażagħ b’wiċċhom mgħammad niedew sensiela ta’ attakki li huwa maħsub li kienu kkordinati permezz tal-midja soċjali.

    Għexieren ta’ karozzi tard ilbieraħ filgħaxija ngħataw in-nar fl-erba’ bliet ewlenin Żvediżi – Stokkolma, Malmo, Gothenburg, u Uppsala – bl-attakki jibqgħu sejrin saħansitra fis-sigħat bikrijin ta’ dalgħodu.

    Il-Prim Ministru Żvediż Stefan Lofven wera l-għadab tiegħu għal dawn l-attakki waqt intervista li kellu fuq Sveriges Radio P1. “Ninsab mimli rabja. Il-mistoqsija tiegħi lil dawn il-persuni hija ‘xiż-żigg qed tagħmlu?’”

    F’Gothenburg u l-ibliet tal-madwar ta’ Lysekil, Falkenberg u Trollhattan, mal-100 karozza kienu rapportati li ngħataw in-nar.

    Fi Stokkolma u Uppsala, 13-il karozza oħra ngħtaw in-nar.

    Il-pulizija ta’ Gothenburg qalet li kienet identifikat lil uħud miż-żgħażagħ wara dan l-attakk u kkonfermaw li kienu lkoll taħt l-età.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0