L-Aquarius titneħħilu r-reġistrazzjoni ta' Ġibiltà

  • Aww 14, 2018 12:15
  • Miktub minn iNews

    Il-Gvern ta’ Ġibiltà qal li se jkun qed ineħħi r-reġistrazzjoni tal-bastiment li jintuża għal tiftix ta’ immigranti, Aquarius. In-notifika tat-tneħħija tar-reġistrazzjoni nħarġet mill-Amministrazzjoni Marittima ta’ Ġibiltà fis-6 ta’ Awwissu li għadda minħabba li l-bastiment kien irreġistrat bħala bastiment ta’ riċerka, iżda fil-verità kien qed jintuża għal xogħol ta’ tiftix u salvataġġ.

    Ir-reġistrazzjoni se titneħħa uffiċjalment nhar l-20 ta’ Awwissu li ġej. F’dan l-istadju r-reġistrazzjoni tal-bastiment mistennija li taqa’ fuq il-Ġermanja minħabba li sid il-bastiment huwa Ġermaniż.

    Intant Medecins Sans Frontieres (MSF Sea) ilbieraħ allegat li Malta u l-Italja ma ħallewx lill-vapur tagħha “Aquarius” jidħol fil-portijiet tagħhom b'141 immigrant abbord.

    Dan il-vapur huwa l-istess wieħed li f'Ġunju li għadda qajjem kunflitt diplomatiku bejn l-istess żewġ pajjiżi wara li anke f'dik l-okkażjoni rrifjutaw li jagħtuh permess jidħol.

    Il-każ spiċċa bis-630 immigrant jidħlu fil-port ta' Valencia wara li l-Gvern Spanjol offra li jeħodhom hu.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook