11-il ċikonja f'Għawdex … Membri tal-BirdLife u uffiċjali tal-Pulizija jgħassu magħhom tul il-lejl

  • Aww 14, 2018 11:25
  • Miktub minn iNews

    Permezz ta' tweet, BirdLife Malta għarrfet li fil-gżira Għawdxija dehru 11-il ċikonja. BirdLife kompliet tgħid li flimkien ma' uffiċjali tal-Pulizija qagħdu għassa mal-għasafar li matul il-lejl waqfu fuq tower-crane fil-viċinanzi tal-Isptar Ġenerali t'Għawdex.

    Fil-jiem li għaddew fuq il-gżejjer Maltin kien hemm diversi rapporti ta' ċikonji li dehru jittajru. Fil-jiem li għaddew inqatlu wkoll erbgħa minn dawn l-għasafar protetti. B'rabta ma' dan il-każ tressaq il-Qorti raġel minn Ħad-Dingli fejn kien mixli li spara u qatel numru ta' ċikonji fil-lejl tal-Ġimgħa li għadda.

    Grima, wieġeb mhux ħati u talab għall-ħelsien mill-arrest, bil-prosekuzzjoni toġġezzjoni minn din it-talab. Minkejja t-talba ta' Grima u l-avukat tiegħu, Edward Gatt, il-Qorti, preseduta mill-Maġistrat Audrey Demicoli, ċaħdet din it-talba. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook