Astronawt Ġermaniż ixxukkjat… Ewropa ċentrali ‘kannella flok ħadra’ minħabba l-mewġa ta’ sħana

  • Aww 12, 2018 19:38
  • Miktub minn iNews

    L-astronawt Ġermaniż Alexander Gerst bagħat ritratt xokkanti  mill-ispazju.  Dawn juru partijiet kbar mill-Ewropa ‘kannella’ kawża tal-mewġa ta’ sħana li qed taħkem partijiet mill-Ewropa.  Hu jinsab fl-Istazzjoni Spazjali Internazzjonali (ISS). Fi kliemu stess, kien ixxukkjat dwar dak li ra fejn jirrigward il-Ġermanja.

    “Gġadu kemm kelli ċ-ċans nara l-ewwel ritratti.  L-Ewropa Ċentrali tidher niexfa. Ninsab ixxukkjat.  Fejn suppost hu kollu ħdura, illum qed narawh kannella.  Qatt ma kien hemm din is-sitwazzjoni”.  Hu xandar ritratti li juru iż-żona barra Cologne u madwar ir-xmara Rhine. Ir-ritratti li bagħat hu tqabblu ma’ dawk li kienu inġibdu fis-sena 2014 fejn juru differenza totali.

    Irid jingħad li l-mewġa ta’ sħana li għaddejja fl-Ewropa, u li jidher li twalet aktar mis-soltu, wasslet għal effetti mill-aktar negattivi fosthom ħut mejjet fi xmajjar Svizzeri u ħruq kbir fil-foresti bħal ma ġara fil-Portugal.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0