Erbgħa Ċikonji Bojod maqtula ftit wara li waslu Malta

  • Aww 12, 2018 18:16
  • Miktub minn iNews

    BirdLife Malta qalet li l-qtil taċ-Ċikonji Bojod ma kienx inċident iżolat imma xhieda ċara ta’ kemm hi mifruxa l-kaċċa illegali. BirdLife Malta ilha s-snin tappella lill-Prim Ministru biex iwaqqaf crime unit u stqarret li ma tistax tifhem dan in-nuqqas ta’ ħajra biex din titwaqqaf.

    BirdLife Malta tgħid li fid-dawl tas-sitwazzjoni preżenti hija ironika li l-WBRU u s-Segretarju Parlamentari Clint Camilleri qegħdin jipproponu bidla fil-liġi tal-kaċċa għall-fenek. Dan għaliex, fil-propost qed jitolbu biex kaċċatur jitħalla jikkaċċja l-feneck fejn irid, flok f’art privata stabbilita, kif titlob il-liġi bħalissa.

    “Din il-proposta ħa ddgħajjef il-liġi u ħa tagħti lok għal aktar abbuż milli diġà jsir. Jekk din il-proposta tgħaddi l-kaċċaturi jkunu jistgħu jduru bis-senter fejn iridu u jisparaw bil-libertà fuq għasafar flok fuq fniek”, tgħid BirdLife Malta.

    Minkejja l-isforzi kollha tal-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK) biex twassal lill-kaċċaturi u n-nassaba kollha josservaw il-liġi, jidher ċar li dak li kien legali, tradizzjonali u sostenibli nsteraq mill-Kummissjoni Ewropea li wżat is-saħħa tagħha biex ixxejjen kull sforz li għamlet il-FKNK u tħallina lill-kaċċaturi u n-nassaba Maltin u Għawdxin b’xejn.

    Filwaqt li l-FKNK tibqa’ tikkundanna bis-saħħa kollha kull att ta’ qtil illegali ta’ tajr protett, bl-istess mod tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea li filwaqt li taf eżattament li t-tradizzjonijiet lokali ma huma ta’ ebda theddida għall ebda speċi, xorta waħda tibqa’ tissielet bis-saħħa kollha tagħha biex teqred għal kollox il-kaċċa u l-insib mill-gżejjer Maltin.

    Fuq dan ir-rigward, il-Kaċċaturi San Ubertu KSU bla riservi jqisu il-qtil ta’ għasafar protetti bħala att kundanabbli fis-soċjeta ta’ illum li jista biss jitqies bħala att kriminali. F’Malta għandnha l-aktar pieni horox għal kazi simili izda xorta min ħin għal ħin jitwettaq xi att simili minkejja li l-maġġaronza tal-kaċċaturi josservaw il-liġi.

    Atti simili jitfghu dell ikraħ fuq il-kaċċaturi kollha għax settur ta’ dawk li jipporteġu l-għasafar jgħixu minn fuq il-perċezzjoni qarrieqa li tali atti jseħħu minħabba apatija minn naħa tal gvern u abbuz sfrenat minn naħa tal-kaċċaturi kollha. Dan iseħħ biex jiġbru l-appoġġ tal-pubbliku.

    Ir-realta w l-fatti juru mod ieħor u jipporvaw kif il-kaċċatur huwa fost ta’ quddiem dwar l-edukazzjoni tal-protezzjoni ta’ l-għasafar protetti kif ukoll proġetti ambjentali għal beneficcu ta’ l-għasafar. Izda l-azzjoni ta’ xi kriminali irresponsabbli , li bil-probbabilta kollha la għandhom licenzja u l-anqas senter reġistrat, qed jirrovinaw l-isem tajjeb li qed jibni il-kaċċatur risponsabbli.

    Il-pieni horox fil-liġijiet Maltin qieghdin hemm biex jikkistagaw tali kriminali. Ir-rivizjoni ta’ tali pieni bħala wieghda elettorali tal gvern qed tigi imxekkla minn atti simili. Ikun ta’ gid għal kull għaqda risponsabbli li jimxu fuq il-passi tal KSU u jaghtu il-kooperazzjoni kollha tagħhom biex jiġu identifikati dawk li permezz tal vandalizzmu tagħhom ħleif ħsara lil-kaċċa sostenabbli mhumiex jagħmlu minkejja kull mod li din tigi mxandra. 

    Ritratti: Benny Scerri u Steve Zammit Lupi

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook