Delia jressaq rikors kostituzzjonali biex jingħata kopja sħiħa tal-inkjesta dwar Egrant

  • Aww 10, 2018 13:11
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia ressaq rikors Kostituzzjonali fil-Qorti wara li l-Avukat Ġenerali baqa' ma tahx kopja kopja sħiħa tal-atti tal-inkjesta tal-Maġistrat Aaron Bugeja dwar Egrant. 

    B'dan ir-rikors, Adrian Delia qed jitlob lill-Qorti li tordna lill-Avukat Ġenerali li jagħtih kopja sħiħa ta' dan ir-rapport. Il-Partit Nazzjonalista qal li dan in-nuqqas ta' aċċess għar-rapport sħiħ qed isir bi ksur tad-dritt tal-Kap tal-Oppożizzjoni li jirċievi u li jingħata aċċess għall-informazzjoni skont il-kariga Kostituzzjonali li jokkupa sabiex ikun jista' jwettaq l-obbligi u d-dmirijiet tiegħu.

    Dr Delia qed jitlob lill-Qorti li tiddikjara li n-nuqqas min-naħa tal-Avukat Ġenerali li jippubblika kopja tar-rapport sħiħ tmur ukoll kontra l-Kostituzzjoni ta' Malta u kontra l-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali. 

    Ta’ min ifakkar li Dr Delia kien ukoll fetaħ protest ġudizzjarju wara li l-Awditur Ġenerali baqa' ma ppubblikax l-inkjesta sħiħa. Il-Prim Ministru Joseph Muscat kif ukoll il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia qalu li din l-inkjesta għandha tiġi ppubblikata sħiħa.

    “Bid-deċiżjoni tiegħu li ma jagħtix kopja sħiħa tal-inkjesta lill-Kap tal-Oppożizzjoni, l-Avukat Ġenerali qed joħloq żbilanċ politiku bejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni, u dan b'detriment għall-Partit Nazzjonalista,” tenna l-PN.

    F’konferenza stampa, Dr Delia żvela li Pierre Porteli, il-Kap tal-Midja tal-PN, ġie msejjaħ biex jiġi interrogat mill-Pulizija dwar l-inkjesta Egrant.  

    PL: Prova ċara oħra li Delia nħakem mill-establishment

    B’reazzjoni, il-Partit Laburista qal li l-aġir tal-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia huwa xhieda ċara ta' kemm inħakem mill-establishment li qal li se jneħħi.

    “Mhux biss għax ix-xeni tal-Kap tal-Oppożizzjoni quddiem il-Qorti jfakkru f'Simon Busuttil, iżda wkoll għax ma kienx kapaċi jikkundanna lid-deputati tiegħu li talbu li l-inkjesta tal-Maġistrat Araon Bugeja tinfetaħ mill-ġdid. Meta Delia lanqas sempliċi dikjarazzjoni ma kien kapaċi jagħmel aħseb u ara kemm jista' jittieħed bis-serjetà li kien se jwassal biex Simon Busuttil jerfa' xi tip ta' responsabbiltà politika kif kien talbu Delia nnifsu,” qal il-PL. 

    “Dwar il-pubblikazzjoni tal-inkjesta l-Prim Ministru kien ċar li jrid l-inkjesta ppubblikata b'mod sħiħ mill-iktar fis u ħadd daqsu m'għandu interess li dan jiġri biex tkompli toħroġ il-verità dwar din il-gidba ċċertifikata.”

    Iżda, tenna l-PL, dan għandu jsir b'mod li ma jkunx imfixkel il-proċess tal-ġustizzja li titlob l-inkjesta nnifisha. “Wieħed jistaqsi jekk Adrian Delia jridx li l-affarijiet isiru b'għaġla biex jiddefendi lil dawk li kienu wara dan il-frame up li kien jinkludi wkoll falsifikar ta' dokumenti.”

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0