inewsmalta.com



Il-bastiment inkaljat fil-Qawra jinqala tliet metri 'l barra… illum il-“Hephaestus” jagħlaq sitt xhur fil-post

  • Aww 10, 2018 09:04
  • Miktub minn iNews

    Din il-ġimgħa mistennija indikazzjoni ċara ta' meta se jinħareġ

    Mindu bħal-lum sitt xhur ilu nkalja fil-Qawra il-bastiment “Hephaestus” tmexxa tliet metri lura u tliet metri oħra 'l barra.

    Fl-aħħar jiem fuq il-bastiment saru t-tiswijiet tat-tankijiet biex meta eventwalment jiġi rmunkat sat-tarzna tal-kumpanija Cassar Ship Reparis ma jidħollux ilma u jegħreq.

    Għalkemm fil-bidu kien maħsub li l-bastimentkien se jiġu rmunkat sal-aħħar ta' Ġunju, dewmien minn barra tellfu l-ħidma li qed issir u l-bastimentspiċċa sofra iktar ħsara.

    Matul il-jum tal-bieraħ fuq il-post kien hemm 'tug boat' li stirat il-ktajjen tal-makkinarju li tpoġġa taħt il-bastimentbiex ikun jista' jaqilgħu mill-art.

    Kelliem għall-kumpanija qalilna li fil-jiem li ġejjin għandhom ikunu f'pożizzjoni aħjar li jistabilixxu meta l-bastiment se jiġi rmunkat.

    Mill-Qawra se jittieħed fit-tarzna ta' Cassar Ship Repairs biex hemmhekk issir l-evalwazzjoni tal-ħsara f'aktar dettall.

    Il-“Hephaestus” kien inkalja fil-post fl-10 ta' Frar li għadda b'ħafna jirrimarka kif dan kien inċidentalment seħħ fil-festa tan-Nawfraġju ta' San Pawl.

    Il-bastiment ta' 885 tunellata, li kien jintuża għall-ġarr tal-fjuwil, huwa reġistrat it-Togo u proprjeta tal-kumpanija Griega Volont Maritime SA.

    Abbord il-bastiment kien hemm ekwipaġġ iffurmat minn seba' persuni bil-kaptan tiegħu, Joynal Abedin, ikun l-uniku wieħed li ddaħħal l-Isptar Mater Dei għall-kura mentri s-sitt baħrin ma sofrewx ġrieħi.

    Sakemm telqu minn Malta, l-ekwipaġġ inżamm fis-Seaferers' Centre li hija dar fil-Belt li tilqa' fiha baħrin li jkollhom problema fejn joqgħodu. Huma ħallew Malta fi Frar li għadda.

    Matul dawn ix-xhur bdiet ħidma fejn tneħħa l-fjuwil abbord il-bastimentbiex ma jispiċċax fil-baħar. Għalkemm laħaq ħareġ ftit dijżil fuq il-post intbagħat kuntrattur biex jiġbru.

    Kien wara sejħa internazzjonali li ġiet magħżulha l-kumpanija Cassar Ship Repairs li taħt għajnejn l-uffiċjali tal-Awtorita tat-Trasport biex bil-preparamenti u l-ħidma biex eventwalment il-bastiment jitneħħa minn fejn qiegħed.

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook