L-Arġentina tirrifjuta l-liġi tal-abort

  • Aww 10, 2018 08:31
  • Miktub minn iNews
"

    Is-Senat fl-Arġentina ċaħad liġi li kienet se tillegalizza l-abort fl-ew­wel 14-il ġimgħa tat-tqala.

    Wara dibattitu maratona, 38 senatur ivvota kontra l-liġi filwaqt li 31 ivvotaw favur u issa l-parlament irid jistenna sa sena oħra biex ikun jista’ jerġa’ jressaq il-liġi. Fil-preżent l-abort huwa permessibbli fl-Arġentina f’każ ta’ stupru jew jekk il-ħajja tal-omm tkun fil-periklu.

    Dimostranti kemm favur u kontra l-abort inġabru quddiem il-bini tal-parlament waqt li kien għaddej il-vot. Attivisti kontra l-abort ferħu hekk kif tħabbar ir-riżultat u skont wieħed minnhom dan juri li l-pajjiż għadu jirrappreżenta l-valuri tal-familja.

    Min-naħa l-oħra dawk favuru qalu li mhux se jaqtgħu qalbhom u wħud taw in-nar lil xi oġġetti fit-triq u anke ssuttaw lill-pulizija li kienu qegħdin jisseparaw liż-żewġ fazzjonijiet. 

    Il-liġi ilha s-snin biex tgħaddi fl-Arġentina fejn il-maġġoranza tal-popolazzjoni hija Kattolika. Il-President tal-pajjiż Muricio Macri, li jopponi l-abort, appella lis-Senat biex jivvota dwar il-liġi wara li din għaddiet bi żbrixx mill-parlament.

    L-eks president Cristina Fernandez de Kirchner, li llum hija senatriċi u meta kienet il-kap ta’ stat kienet irrifjutat li tappoġġja l-liġi tal-abort, fil-votazzjoni tal-bieraħ kienet favur u qalet li biddlet fehmtha wara li rat eluf kbar ta’ nies fit-toroq jappoġġaw il-liġi.

    Uħud minn dawk favur il-legalizzazzjoni tal-abort iqisu dan bħala neċessità medika peress li għexieren ta’ nisa fl-Arġentina jiddaħħlu fl-isptarijiet b’infezzjonijiet jew b’emoraġija kull sena wara li jkunu għamlu aborti illegali privatament. Fl-2016, 43 mara tilfet ħajjitha minħabba f’hekk.

    L-Urugwaj u Kuba huma l-uniċi pajjiżi f’din in-naħa tad-dinja fejn l-abort huwa legali għal kollox. Il-Qorti Suprema fil-Brażil bdiet tisma’ kawża dwar jekk l-abort għandux ikun legalizzat sa 12-il ġimgħa tat-tqala.

    F’Mejju li għadda, pajjiż ieħor b’popolazzjoni maġġoritarja Kattolika, ir-Repubblika tal-Irlanda, ivvota b’maġġoranza kbira f’referendum għat-tneħħija tal-projbizzjoni tal-abort.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0