Il-qtugħ ta' dawl irriżulta minn sajjetta

  • Aww 07, 2018 11:07
  • Miktub minn iNews

    Il-qtugħ tad-dawl tard ilbieraħ filgħaxija f’Ħal Qormi, Ħaż-Żebbuġ u s-Siġġiewi kien ikkaġunat minn sajjetta. Dan qalitu l-Korporazzjoni Enemalta li kompliet tgħid li s-sajjetta għamlet ħsarat konsiderevoli fis-sistema elettrika.

    L-Enemalta kompliet tgħid li 6.5% tar-residenzi reġa’ kellhom provvista tad-dawl f’inqas minn siegħa, b’45% ikollhom is-sitwazzjoni lura għan-normal f’inqas minn sagħtejn. L-48.5% tal-bqija tar-residenzi effettwati reġa’ kellhom provvista tad-dawl sa nofsillejl.

    Żoni f’Ħ’Attard ukoll kienu effettwati minn qtugħ ta’ dawl waqt li kienet qed tiġi restawrata l-provvista tal-elettriku, b’inqas minn 1,500 residenza jkunu affettwati. Il-provvista tal-elettriku f’dan il-każ ġie lura għan-normal f’inqas minn siegħa u nofs.

    Intant fis-sigħat bikrijin ta’ dalgħodu, għall-ħabta tas-1.00 a.m. żviluppat ħsara oħra f’cable fil-Marsa. Din is-sitwazzjoni kienet indirizzata fi żmien 90 minuta.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook