Il-Kummissarju tat-Tfal twissi lill-politiċi dwar uliedhom

  • Aww 06, 2018 17:02
  • Miktub minn iNews

    Il-Kummissarju tat-Tfal Pauline Miceli wissiet lill-politiċi biex joqgħodu attenti u ma jesponux lil uliedhom f'kontroversji.

    Hija qalet li persuna esposta pubblikament jista’ jkollha riperkussjonijiet fuq uliedha irrispettivament minn jekk hi taħdimx fil-industrija tad-divertiment, tkunx negozjant ta’ suċċess jew jekk tkunx involuta fil-politika speċjalment minħabba ċ-ċokon u d-densità ta’ pajjiżna fejn il-polarizzazzjoni fid-dibattitu politiku hija n-norma. 

    Miceli sostniet li fid-dawl ta’ dan kollu hija r-responsabbiltà ta’ dawk kollha li għemilhom jaffettwa t-tfal b’xi mod li jħarsu t-tfal mill-konsegwenzi ta’ din il-polarizzazzjoni. 

    “Mod wieħed ta’ kif tista’ tintrefa’ din ir-responsabbiltà hu li jitnissel ir-rispett lejn l-oħrajn f’moħħ kulħadd anke lejn dawk li jħaddnu twemmin differenti sew jekk dan ikun politiku, reliġjuż jew ta’ tip ieħor”. 

    Hija sostniet li l-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal jemmen li l-ibbuljar u l-fastidju qatt m’huma aċċettabbli u huwa fid-dmir tal-ġenituri jew ta' dawk li jieħdu ħsieb it-tfal, l-edukaturi, l-istituzzjonijiet edukattivi u l-adulti kollha li huma importanti fil-ħajja tat-tfal li jiżguraw li t-tfal kollha, inklużi t-tfal tal-politiċi, huma protetti minn kull forma ta’ bbuljar, fastidju u/jew diskriminazzjoni. 

    “Huwa biss jekk l-adulti jagħtu eżempju responsabbli li t-tfal jistgħu jitgħallmu jirrispettaw dawk ta' tamparhom u ta' madwarhom anke jekk ma jaqblux magħhom”, żiedet tgħid Miceli.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0