ARA: ''L-industrija tal-avjazzjoni qed tissoda iżjed''

  • Aww 06, 2018 16:00
  • Miktub minn Maria Azzopardi

    Il-Gvern b’investiment ta’ €35 miljun u madwar 350 impjieg ġdid

    SR Technics, il-kumpanija tal-manutenzjoni tal-inġenji tal-ajru b'bażi f'Malta, ħabbret li ser issir espansjoni permezz ta’ hangar ġdid li ser jiswa €35 miljun.

    Il-proġett ta' € 35 miljun ġie mħabbar fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru u huwa mistenni li joħloq madwar 350 impjieg ġdid.

    Dan il-ġurnal tkellem mal-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji żgħar Chris Cardona, fejn għalih dan il-ftehim “ifisser li l-cluster tal-avjazzjoni jkun qed jissoda iżjed. Qegħdin naraw kif kumpanija, SR Technics, qed tħaddem iktar minn 200 ruħ u hemm pjanijiet li ttella’ l-impjegati tagħha għal madwar 500. Il-Gvern b’reazzjoni għal dan nieda master plan f’Safi Aviation Park biex jassigura li kull biċċa art intuha l-aqwa potenzjal tagħha, peress li l-art hija prezzjuża ħafna.”

    Mistoqsi dwar xi proġetti li mistennija jkun hemm fix-xhur li ġejjin, Cardona qal li “bħalissa hemm il-Malta Enterprise u l-Malta Industrial Parks għaddejjin b’diskussjonijiet ma’ diversi kumpaniji li jaħdmu fl-avjazzjoni internazzjonali. Hemm minnhom li diġà urew interess b’saħħtu ħafna li jiġu hawn Malta.”

    Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li bħala Gvern “qed nippruvaw intellgħu l-industrija tal-avjazzjoni għal-livell li jmiss. L-avjazzjoni tifforma parti kbira mill-ekonomija Maltija u biex tibqa’ hekk, l-industrija għandha bżonn min jieħu ħsiebha. B’dan il-ftehim ma’ SR Technics ser naħdmu għal dan il-għan u ninsab sodisfatt b’din il-fiduċja reċiproka.”

    Muscat żied jgħid li “aħna kburin li kumpanija bħal Easyjet tkompli turi fiduċja fil-ħaddiema Maltin ta’ SRT billi żżid l-impenn tagħhom fit-tiswija ta' aktar mill-ajruplani tagħhom f'Malta. Jiena ċert li dan l-iżvilupp ġdid se jservi biex jattira aktar linji ta 'l-ajru biex isegwu.”

    “Il-gvern se jkompli jinvesti fir-riżorsi umani għall-industrija tal-avjazzjoni u huwa ambizzjuż li jilħaq opportunitajiet akbar. Malta hija miftuħa għan-negozju u nistgħu nilħqu ħafna aktar,” sostna Muscat.

    “Tabilħaqq, illum, nistgħu ngħidu li aħna fil-bidu ta’ era eċċitanti oħra ta' avjazzjoni għal pajjiżna,” temm jgħid Muscat.

    Il-Kap Eżekuttiv ta’ SR Technics Frank Walschot qal li “Malta għandha l-opportunità li tipprovdi servizzi bħal dawn li qed noffru u għandha post eċċellenti fin-nofs tal-Mediterran. Bħalissa hemm 260 persuna li jaħdmu ma’ SR Technics u se nkomplu nħarġu aktar nies f’din l-industrija. Fil-fatt aħna impenjati li nħarrġu 350 persuna ġdida biex jaħdmu magħna.”

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook