[AĠĠORNAT] Delia jaċċenna li hemm min qed jirreżisti għal bidliet fi ħdan il-Partit … Il-PL jgħid li Delia ma sabx il-kuraġġ ibiddel

  • Aww 05, 2018 11:52
  • Miktub minn iNews

    Il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia ddeskriva bħala proċess naturali l-intoppi li qed jirriżultaw fil-proċess ta’ tiġdid tal-Partit Nazzjonalista, liema proċess ta’ tiġdid beda s-sajf li għadda bil-ħatra tiegħu bħala Kap tal-Partit.

    Huwa qal dan waqt intervista aktar kmieni dalgħodu fuq l-istazzjon tar-radju tal-PN, b’Delia saħansitra jisħaq li hemm min qed jirreżisti għal bidliet li qed jiġu fis-seħħ fl-istess Partit. Minkejja dan huwa emfasizza li dawn it-tibdil fi ħdan il-Partit se jibqgħu għaddejjin.

    Delia saħaq li huwa l-għan tiegħu li jagħti l-Partit Nazzjonalista lura lin-nies, minħabba li b’dan il-pass biss in-nies jerġgħu jersqu mill-ġdid lejh. Tenna li “spiċċa ż-żmien tal-politika tat-tkissir, tal-mibegħda u ta’ kollox ħażin apparti dak li nagħmlu aħna.”

    F’risposta għal mistoqsija dwar l-impatt li se jkun qed iħalli ż-żieda fil-prezz tal-fjuwil, Delia saħaq li flimkien maż-żieda fil-prezz tal-ħobż, dawn huma problemi li l-effetti tagħhom se jkunu qed jinħassu maż-żmien.

    Saħaq li dan huwa Gvern li tilef ir-ruħ soċjali, bi statistika aktar kmieni din il-ġimgħa turi li qed tikber il-faxxa tan-nies f’riskju ta’ faqar.

    Delia sostna li attwalment hawn mas-70,000 persuna li għandhom problemi biex jaslu sal-aħħar tax-xahar. “Nies bi problemi serji ta’ kontijiet, ta’ nies li jixtru ikel li mhux tajjeb iżda rħis, problemi ta’ ġenituri li m’għandhomx il-mezzi biex jagħtu edukazzjoni xierqa lil uliedhom, familji li m’għandhomx l-abbiltà li jħallsu għall-mediċina li jkollhom tant bżonn. Dawn mhumiex statistika, huma familji li niltaqa’ magħhom jien.”

    Fir-rigward tal-faqar huwa żied jgħid li din hija problema li ma jidhirx li se tkun qed tonqos fiż-żmien li ġej.

    “Il-Gvern kien wiegħed li se jeqred il-faqar. Madankollu llum spiċċajna f’sitwazzjoni fejn in-negozji qed joħolqu l-ġid u x-xogħol u l-Gvern min-naħa l-oħra li qed joħloq il-faqar.”

    Huwa temm jgħid li kif jista’ l-Gvern jispjega li fl-aqwa żmien qed tkun aċċentwata l-problema tal-faqar, b’anzjani li jisħqu li mhix isservihom il-pensjoni.

    Sadanittant fi stqarrija l-Partit Laburista saħaq li minkejja kollox Delia ma sabx il-kuraġġ li jibdel. L-istqarrija tal-PL kienet tgħid li jekk verament Delia jrid li jagħmel bidla fl-Oppożizzjoni, l-ewwel ħaġa li għandu jagħmel hija li jwettaq id-deċiżjoni tajba li kien ħa, jiġifieri li jissospendi u jwarrab lill-eks-Kap Nazzjonalista Simon Busuttil.

    L-istqarrija tal-PL żiedet tgħid li fin-nuqqas ta' dan, il-falliment ta' Busuttil u r-responsabbiltà tal-gidba Egrant se jibqgħu tiegħu wkoll. Il-PL temm li sakemm isib il-kuraġġ li jagħmel dan kollu, il-veru Kap tal-Oppożizzjoni huwa mill-ġdid Simon Busuttil.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0