Il-Kummissjoni Ewropea tikkunsidra aktar fondi lill-Marokk u t-Tuneżija biex twaqqaf il-qsim tal-immigranti lejn Spanja

  • Aww 01, 2018 15:12
  • Miktub minn iNews

    Il-Kummissjoni Ewropea qed tikkunsidra li talloka fondi addizzjonali biex issaħħaħ il-kontroll mal-fruntiera Marokkina u t-Tuneżija f’tentattiv li jitwaqqaf il-qsim tal-immigranti lejn Spanja. Dan qalu sors diplomatiku minn Brussel lill-aġenzija tal-aħbarijiet Sputnik.

    “Safejn jien konsapevoli l-allokazzjoni ta’ fondi lill-Marokk u t-Tuneżija hija kkunsidrata bħala waħda mill-mezzi kif jiżdiedu l-kontrolli mal-fruntiera bil-għan li l-immigranti jitwaqqfu milli jaqsmu lejn Spanja,” kompla jgħid dan l-uffiċjal li kkummenta bil-kundizzjoni tal-anonimità.

    Ilbieraħ il-Kummissjoni Ewropea qalet li kienet irċeviet it-talba ta’ Spanja għal aktar għajnuna u kienet qed tikkunsidraha.

    Fil-bidu ta’ Lulju, l-Unjoni Ewropea kienet ipprovdiet fondi addizzjonali li kienu jlaħħqu għal €45.6 miljun lil Spanja u lill-Greċja biex jiffaċċjaw il-problema tal-influss tal-immigrazzjoni.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0