Id-Dwana taqbad 9,933,986 sigaretti tal-kuntrabandu fl-ewwel 6 xhur tas-sena … taqbad ukoll 8kg kannabis, fost qabdiet oħrajn

  • Aww 01, 2018 13:00
  • Miktub minn iNews

    Fl-ewwel sitt xhur tal-2018, Jannar sa’ Ġunju, id-Dipartiment tad-Dwana kompla jirreġistra riżultati inkoraġġanti f’dak li hu infurzar. Matul dawn is-sitt xhur inqabdu mal-9,933,986 sigaretti tal-kuntrabandu u 78.2kg tabakk, 8 kg kannabis u 2kg kokaina, 19-il pakkett mill-posta b’ammonti żgħar ta’ droga li ġew riferuti lill-Puluzija, 99,570 oġġett kontrafatt fil-maġġoranza tagħhom ħwejjeġ u żraben u 2,617 flixkun inbid u xorb alcoħoliku, fost oħrajn.

    Intant, biex seta’ jasal għal dawn ir-riżultati, id-Dipartiment tad-Dwana esegwixxa numru ta’ spezzjonijiet fejn fosthom inqabdu 88,075 spezzjonijiet f’bagalji b’apparat ta’ x-ray, 12, 425 tfittxija fiżika f’bagalji tal-passiġġieri, 2,422 spezzjonijiet għal flus mhux dikjarata u nżammu €9,250 fi flus kontanti, 1,272 spezzjoni fuq vetturi mal-wasla minn Sqallija, 81 tfittxija fuq il-persuna ta’ passiġġieri mal-wasla tagħhom f’Malta u 24-il operazzjoni ta’ tfittxija fi swieq miftuħa.

    Id-Dipartiment tad-Dwana għal darba oħra jtenni li l-kuntrabandu huwa reat kriminali serju ħafna li, f’każ ta’ ħtija quddiem il-Qorti, iġorr miegħu penali fiskali ħorox, konfiska tal-mezz tal-ġarr, konfiska tal-mezz tal-ħażna u, saħansitra, anki kkunsidrata piena karċerarja. Ikompli jappella għall-għajnuna tal-pubbliku billi jċempel b’mod anonimu fuq 2568 5124 jew 2568 5200.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0