Lekċer pubbliku fil-qasam tal-ekonomija u l-finanzi mill-Bank Ċentrali ta' Malta

  • Aww 01, 2018 12:51
  • Miktub minn iNews

    Uffiċjali pubbliċi b’interess fl-affarijiet tal-UE, ekonomisti, akkademiċi, u l-pubbliku ġenerali huma mistiedna biex jattendu għat-tieni lekċer pubblika minn serje ta’ lekċers pubbliċi u workshops fil-qasam tal-ekonomija u l-finanzi bit-tema: ‘The EU economy – Today and tomorrow’. Is-Sur Reuben Borg ser jagħti ħarsa ġenerali lejn l-istat attwali tal-ekonomija tal-UE, u ser jidħol fid-dettall dwar kif is-sitwazzjoni evolviet mill-kriżijiet finanzjarji u tad-dejn pubbliku.

    Din in-narrattiva ser tipprovdi l-isfond li jikkonferma l-prospetti tal-blokk ekonomiku għall-perjodu fil-qrib. Is-Sur Borg, li hu l-koordinatur tat-tbassir ekonomiku tal-UE fi ħdan id-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-Kummissjoni Ewropea, ser jispjega l-aħħar sett ta’ tbassir makroekonomiku tal-Kummissjoni u l-isfidi li ġejjin.

    Dan il-lekċer ser isir nhar it-tlieta 7 t'Awwissu fil-11am f'Binja Laparelli, fil-Bank Ċentrali ta’ Malta . Aktar informazzjoni tista' tinkiseb billi żżur is-sit https://www.centralbankmalta.org/mt/event-details/48

    Dħul b’xejn iżda reġistrazzjoni hija meħtieġa b’email fuq publicrelations@centralbankmalta.org

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0