Deċiżjoni dwar it-talba ta' Debono jaf tkun posposta

  • Lul 25, 2012 20:10
  • Miktub minn
"

    Għada l-eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista kien mistenni jiddiskuti t-talba ta’ Franco Debono biex tkun irtirata d-deċiżjoni li hu ma jitħallix jikkontesta l-elezzjoni ġenerali f’isem il-Partit Nazzjonalista. Iżda, l-laqgħa tista’ tkun posposta fuq talba tad-deputat innifsu. Dan fid-dawl li hu ma jistax jattendi għaliha. Iżda, Franco Debono nsista ma’ inewsmalta.com li hu xorta waħda se jkun qiegħed jitlob li d-deċiżjoni li ma jkunx kandidat titneħħa u qal li l-posponiment ta’ għada intalab biss għax ma jistax jattendi.

    Debono kien wieħed mit-tliet deputati li fil-konfront tagħhom ittieħdet din id-deċiżjoni. Filwaqt li Jesmond Mugliett u Jeffrey Pullicino Orlando – illum deputat indipendenti – ma kinux milquta minn din id-deċżjoni, Debono kien ħabbar mill-ewwel li kien se jitlob li tkun irtirata. Dan wara li Debono qal ukoll li hu kellu talba mill-Prim Ministru biex jikkontesta l-elezzjoni ġenerali.

    Minkejja dan, imkejjen fil-Partit Nazzjonalista, qalu li se jkun diffiċli li din id-deċiżjoni tinbidel tant li l-PN ħaseb għall-kandidatura b’saħħitha fuq il-ħames distrett. Biss biss fuq dan id-distrett se jikkontestaw għall-ewwel darba, Jason Azzopardi, Mario Galea, Therese Commodini Cachia, Manuel Delia u Mario Rizzo Naudi. Mhux eskluża lanqas il-kandidatura tal-Perit Toni Bezzina u ta’ Herman Schiavone.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    1