Il-Pulizija tikkonfermalna l-allegat każ ta' ħtif u abbuż sesswali ta' tifel ta' ħames snin fl-Għadira

  • Lul 30, 2018 17:17
  • Miktub minn iNews

    Inewsmalta kkonfermat mal-Pulizija li raġel qed jinżamm mill-Pulizija biex jgħinha fl-investigazzjonijiet b’rabta ma’ allegat każ ta’ ħtif u abbuż sesswali ta’ tifel ta’ ħames snin. Il-każ seħħ ilbieraħ fuq il-Bajja tal-Għadira.

    F’kumment fuq il-midja soċjali l-omm allegat li raġel barrani ħataf lil binha ta’ ħames snin minn idu filwaqt li għamillu jdejh ma’ ħalqu biex ma jkunx jista’ jgħajjat. L-omm kompliet tallega li r-raġel anke gidem lil binha filwaqt li beda jabbuża minnu.

    Hija rringrazzjat lill-Pulizija għall-intervent tagħhom.

    Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha b’rabta ma’ dan il-każ.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0