Il-Jum Internazzjonali taż-Żgħażagħ se jkun iċċelebrat f’Għawdex

  • Lul 30, 2018 15:00
  • Miktub minn iNews

    Biex jitfakkar il-Jum Internazzjonali taż-Żgħażagħ, il-Ministeru għal Għawdex flimkien mal-għaqdiet taż-żgħażagħ Għawdxin ser jorganizza clean-up event u attivitàjiet oħra fil-bajja popolari ta’ Marsalforn. 

    Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana qalet li din l-inizjattiva qed issir wara li kellha xi laqgħat maż-żgħażagħ Għawdxin fejn urew l-interess li joħolqu attività fil-jum iddedikat għaż-żgħażagħ. Hija qalet li l-Ministeru għal Għawdex jinkoraġixxi u japprezza l-involviment dirett taż-żgħażagħ fl-aspetti kollha li jsawru l-ħajja u l-komunità f’Għawdex. Hi qalet li ż-żgħażagħ, bl-enerġija u l-ideat tagħhom, jagħtu kontribut dirett lis-soċjetà biex ikompli jitjieb il-livell u l-kwalità tal-ħajja fil-gżira.

    Il-Ministru għal Għawdex fakkret kif dan il-Gvern jemmem bis-sħiħ fil-valuri, l-abbilitajiet u l-inizjattivi li jieħdu ż-żgħażagħ. Tant hu hekk li l-Gvern qed jagħti aktar għarfien lilhom billi tahom is-setgħa li jivvutaw ta’ 16-il sena.

    Caruana qalet li din l-attività ser tgħaqqad l-attiviżmu u l-enerġija taż-żgħażagħ flimkien mal-aġenda ambjentali li hi waħda importanti fil-gżira Għawdxija. Din l-attività ser turi b’mod konkret li ż-żgħażagħ għandhom għal qalbhom lil Għawdex fejn ser tingħata attenzjoni partikolari lill-bajja ta’ Marsalforn.

    Marco Schembri, il-persuna li qed torganizza din l-attività, qal li ż-żgħażagħ qed juru interess f’din l-inizjattiva u ħeġġeġ biex aktar żgħażagħ jingħaqdu flimkien biex il-clean-up tkun suċċess.

    Din l-attività ser issir nhar il-Ħadd, 12 ta’ Awwissu 2018 u ser tibda fis-1.30pm.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0