Jien m’iniex interessat fil-vendetta… interessat f’li ssir ġustizzja

  • Lul 29, 2018 10:45
  • Miktub minn iNews
"

    Ġimgħa wara li kienu ppubblikati l-konklużjonijiet tal-inkjesta Egrant il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Joseph Muscat, tkellem fuq il-bżonn li ssir ġustizzja iżda mhux vendikazzjoni. Fil-fatt kien dan il-messaġġ ewlieni tiegħu f’intervista li fiha tkellem dwar il-konklużjonijiet tal-inkjesta, ir-reazzjonijiet li ġabet u t-triq minn issa ’l quddiem. 

    Rigward l-irwol ta’ Simon Busuttil, Muscat qal li Busuttil kien qiegħed idur u jiltaqa’ ma bosta persuni, b’uħud minnhom saħansitra jirrikorru lejn il-Prim Ministru stess biex jikkjarifikaw ċertu diskors li kien qiegħed jgħidilhom l-istess Busuttil.

    Qal li l-mod ta’ kif ħadem, Busuttil pprova jgħabbi dawn id-dokumenti fuq ħaddieħor u issa qiegħed f’punt li l-istess Busuttil jista’ jitlef din il-maskla. Muscat qal li għandu ħsibijiet dwar min tista’ tkun din il-persuna, iżda li se jħalli l-investigazzjoni tieħu l-kors tagħha.

    Rigward sitwazzjoni fejn xhur ilu Simon Busuttil u Joseph Muscat ġew wiċċ imb wiċċ fuq it-televiżjoni, dakinhar ħarġet karta li tallega li l-kumpanija kienet ta’ mart il-Prim Ministru.

    Rigward l-elezzjoni ġenerali bikrija, Muscat qal li mhux il-gvern tilef sena, iżda l-gvern ġie mtellef sena.

    Muscat qal li dik kienet l-aħjar soluzjoni, bl-ekonomija tal-pajjiż tnaqqas il-pass f’dik il-ġimgħa tad-dubju, il-Prim Ministru qal li meta għadda kollox il-pajjiż reġa’ jsib saqajh għax il-poplu kien straħ.

    Muscat qal li kemm ilu Prim Ministru dejjem mexa fuq il-parir tal-Avukat Ġenerali, iżda din id-darba minkejja raġunijiet validissimi, minkejja l-parir ta’ Grech, huwa jaqbel li l-inkjesta tkun ippubblikata.

    Muscat qal li mhux gost u pjaċir tiegħu jara lill-Partit Nazzjonalista jasal biex jinqasam, għax il-pajjiż jaqbillu jkollu Oppożizzjoni waħda u b’saħħita. Rigward is-sitwazzjoni tal-Oppożizzjoni fil-preżent, Muscat qal li m’hemmx koperazzjoni għax l-oppożizzjoni ma’ aċċettatx ir-rieda tad-delegati tal-partit stess li eleġġa lil Delia.

    Rigward Simon Busuttil, Muscat qal li l-poplu llum il-ġurnata wasal biex jiġġudikah waħdu u l-unika ħaġa li seta’ jagħmel kien li jirriżenja. Muscat fakkar li hu dejjem qal li jekk tinsab nitfa prova dwar dak li qal Busuttil, hu kien jirriżenja b’mod immedjat, iżda Busuttil qatt ma’ qal li kien se jagħmel l-istess jekk l-inkjesta tirriżulta fin-negattiv.

    Rigward ir-riżultat tal-inkjesta, Muscat qal li din mhix vittorja, iżda serħ minn trawma li għaddew minnha hu u familtu u saħaq li l-interess tiegħu hu li jkompli jaħdem favur pajjiżna.

    Muscat irrefera għal Michelle bħala mara b’saħħitha ħafna li sfortunatament kellha taddatta għal din il-ferita fonda li se tibqa’ mmarkata. Muscat tkellem dwar uliedhom li fi xnigħat li ommhom u missierhom setgħu jispiċċaw il-ħabs kellhom jispjegawlhom l-andament ta’ kif jaħdem tali proċess, fi żmien fejn huma kienu jiddubitaw humiex se jkunu jistgħu jżuruhom f’każ li jiġri skont dak li kien qiegħed jiġi rrapurtat.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0