Il-Malti li sa minn ċkunitu familtu ħalliet pajjiżna lejn il-Kanada, fl-aħħar jiem reġa’ spiċċa jdur mal-erbat irjieħ tad-dinja minħabba ġest li kien wettaq u li bih kien salva żagħżugħ minn ħalq il-mewt.
Iż-żagħżugħ kien qabeż għal fuq il-linji tal-ferrovija fl-underground biex itemm ħajtu, iżda Attard kien pront jintervjeni biex juża dak li hu sejjaħ bħala “don speċjali”.
F’kuntatt ma’ dan is-sit Attard tkellem dwar ir-relazzjoni tiegħu ma’ pajjiżna u spjegalna li din ma kinitx l-ewwel darba li wettaq dan l-att. Huwa tkellem dwar il-kundizzjoni tad-dipressjoni u dwar id-diffikultà ta’ persuni li jsibuha diffiċli biex jegħlbu din l-istess kundizzjoni.
John jispjega kif minkejja li l-filmat idum biss tliet minuti, dak li seħħ fl-2017 kien jirrikjedi ħin ta' paċenzja u attenzjoni biex tiġbed l-attenzjoni tal-persuna li tkun tixtieq twettaq suwiċidju. Huwa qalilna li dakinhar dam madwar nofsiegħa biex ġibed l-attenzjoni taż-żagħżugħ u kkonvinċih jerġa' jifhem li ħadd ma jixraqlu jneħħi ħajtu b'dak il-mod u li fid-dinja dejjem hemm min hu lest biex jgħinek.
Mistoqsi dwar il-ħjiel li jagħti lil dawk kollha li jixtiequ jgħinu lil ħaddieħor, huwa qalilna li l-akbar sigriet hu li żżomm il-kalma u tipprova tibni tilbes iż-żarbun tal-persuna quddiemek.
Mistoqsi dwar xi jħoss f’dak il-mument, Attard qalilna li dak il-ħin iħossu rilassat u b’determinazzjoni jiffoka fuq is-sitwazzjoni li jkun hemm quddiemu u li aktar kemm jgħaddi żmien kompla jkattar fih fiduċja f’dawn il-persuni u kkonferma li bniedem b’kelma tista’ tibnih, iżda b’oħra tista’ tkissru.
Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.
Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra.
Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub.
Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett.
Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju,
inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.
Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek,
se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih.
F'din l-imejl se tirċievi security code.
Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni.
Din hija proĊedura li ssir darba.
Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek.
Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.