Il-Kap tal-Iżvilupp Ekonomiku tal-UEFA jfaħħar il-ħidma tal-MFA

  • Lul 26, 2018 12:38
  • Miktub minn iNews

    Fil-Laqgħa Ġenerali Ann-wali tal-MFA ta’ nhar is-Sibt li għadda, fost il-mis­tednin distinti kien il-Kap tal-Iżvilupp Ekonomiku tal-Assoċjazzjonijiet fi ħdan il-UEFA, Noel Mooney.

    Huwa kien ukoll fost il-kelliema fejn indirizza lill-kunsilliera f’liema diskors faħħar il-ħidma tal-MFA fit-tentattiv biex il-logħba tkompli miexja lejn id-direz­zjoni tal-progress.

    Id-diskors tiegħu kien dan li ġej:

    “Huwa ta’ pjaċir kbir li qed nindirizza din il-Laqgħa Ġenerali Annwali f’isem il-president tal-UEFA, Alexander Ceferin.

    L-irwol tiegħi fil-UEFA huwa li mmexxi l-iżvilupp ekonomiku tal-55 assoċjaz­zjoni li huma  membri f’din l-organizzazzjoni Ewropea.

    Qed nieħu ħsieb il-UEFA GROW li huwa programm kbir immens li jservi  ta’ pjattaforma biex din il-logħba li tant inħobbu tkompli tikber dejjem aktar b’mod strateġiku. Permezz ta’  dan l-irwol sirt nifhem aħjar kemm għamel progress il-football Malti.

    L-ewwelnett, il-bini u l-infrastruttura  ta’ grounds b’turf artifiċjali kien kruċjali u l-MFA għamlet dmirha taj­jeb fejn rat li dawn il-faċilitajiet ikomplu jiżdiedu grazzi wkoll għall-kolla­borazzjoni tal-UEFA u l- FIFA.

    L-iktar ritratt għal qalbi fil-football Ewropew huwa collage ta’ ritratti mwaħħlin fuq kartonċina kbira fejn juri l-grounds il-ġodda mibnija madwar il-gżejjer Maltin f’dawn l-aħħar snin u dawn inqishom bħala xi ħaġa fantastika.

    Kont qed intir fuq Malta l-lejl li għadda u stajt nara n-numru dejjem jiżdied ta’ grounds flimkien ma’ dak li sar ftit tax-xhur ilu fl-Ista­dium Nazzjonali, f’Ta’ Qali. Xi ġmiel ta’ veduta!

    Nemmen li huwa ferm importanti li tirrikonoxxi l-irwol tal-MFA u l-obbjettiv tagħha li tinvesti f’aktar faċilitajiet ta’ livell.

    Fl-Irlanda, per eżempju, bħala president tal-grassroots tal-clubs aħna verament nieħdu ftit flus mill-federazzjoni. Għalhekk nieħdu ħsieb li niġbru 30% tal-ispejjeż aħna bil-gvern tal-ġurnata joħroġ is-70% l-oħ­ra.

    B’hekk nistgħu ngħidu li ħafna federazzjonijiet ma joħorġux somom kbar għall-ispejjeż infrastrutturali daqs kemm toħroġ l-MFA u dan il-fatt tajjeb li wieħed ifak­kru.

    Huwa ċar daqs il-kristall li fuq riċerka dettaljata li għamilna f’Malta, il-football huwa l-iktar sport popolari. Il-federazzjoni Maltija għam­let l-almu tagħha kollu sabiex il-partitarju jkollu opportunitá jintegra b’mod diġitali permezz tal-inizjattiva take-a-seat kif ukoll permezz tas-sehem tagħhom fil-media soċjali li qed dej­jem jikber.

    Il-UEFA kienet ħolqot tournaments ferm prestiġju-żi bħal UEFA Champions League u l-UEFA Europa League li huma fantastiċi sabiex tippromwovi l-logħba tal-football. Madankollu l-mira tagħna hi li jkollna aktar u aktar persuni jilagħbu l-football u mhux talli hekk, talli jsiru jħobbuh dejjem aktar.

    Nirringrazzjaw lil Alla li l-MFA qed tqis dan l-isport bhala l-filosofija ewlenija tal-operat tagħha. Irnexxielna nwettqu kollaborazzjoni u parteċipazzjoni biex ikun hemm aktar żvilupp u l-investimenti fi skemi bħal dawn komplew jikbru.

    M’hemmx dubju li din il-logħba tant sabiħa qed tinbidel dejjem aktar. Fil-punent tal-Ewropa l-logħba ma kibritx daqskemm xtaqna u huwa dmir tagħna li noħolqu inizjattivi ġodda biex inkabbru n-numru ta’ parteċipanti.

    Nispera li l-FIFA tilqa’ l-istedina tagħna sabiex tinbidel ir-regola tal-player irreġistrat għalkemm tajjeb li ngħidu li l-federazzjonijiet tagħna qed ikomplu jbiddlu.

    Fost l-oħrajn, l-FA Rumena għandha programm fejn madwar 50,000 tifla qed jilagħbu l-football fl-iskola primarja kull ġimgħa. Żewġ raġunijiet għaliex qed jiġri dan kollu huwa li din hija t-triq ‘il quddiem biex tippomwovi l-logħba kif ukoll il-fatt li tifla Rumena għandha dritt tilgħab il-football daqs tifel Rumen u għalhekk aktar ‘il quddiem li tilgħab ma’  club. Kif jgħidu li ż-żmien ma jistenna lil ħadd u m’hemmx ħin x’jintilef.

    Wara li ġiet riveduta l-parteċipazzjoni ta’ Malta, il-UEFA qablet li taħdem id f’id mal-MFA fuq il-mudell tal-UEFA GROW SROI. Il-football għandu rwol kbir sabiex jagħmel nazzjon kuntent iżda fuq kollox b’saħħtu u nemmnu li l-Gvern flim­kien mal-awtoritajiet kon­ċer­­na­­ti għandu jkompli jinvesti f’parteċipazzjoni aktar f’dan l-isport. Għal dan il-għan, il-UEFA ser tkun qed tgħin kemm tista’ lill-MFA.

    Il-kampjonat qed ikompli jitjieb u hawn nixtieq nifraħ lil Valletta, Balzan, Birkirkara u Gzira United, għall-wirjiet tagħhom fiċ-Cham-pions League u fl-Europa League.

    Għalkemm Birkirkara sfaw eliminati, nixtieq nawgura lit-tliet timijiet l-oħra għal-logħbiet li jmisshom.

    Naħseb li hawn xi wħud li jinsabu inkwetati fuq xi temi li għandhom x’jaqsmu mal-kampjonat Malti.

    B’hekk ma nistgħux inħallu li jsir iktar match-fixing. Dan huwa l-kankru l-ġdid tagħna. Minkejja kollox nixtieq nitkellem fuq problema li niltaqgħu magħ­ha bla mistenni fil-UEFA.

    Qed nirreferi għall-fatt li club jonfoq ħafna flus li huwa ta’ periklu kbir għalih. Hemm bżonn ta’ pjan prudenti fuq kif jintefqu l-flus. Jekk xi ħadd joħlom b’xi mħatra ... ikun aħjar imur jilgħab xi biljett tal-lotterija milli juża lill-club biex jaqla’ xi flus.

    Nixtieq nifraħ lill-president tal-MFA, Norman Darmanin Demajo, li huwa s-saħħa psikoloġika tal-Assoċjazzjoni u fuq kollox għandu viżjoni li jara l-football Malti jimxi ‘l quddiem.

    L-Assoċjazzjoni tinsab f’diversi programmi biex filwaqt li jżomm ruħu aġġornat maż-żminijiet, is-Sur Darmanin Demajo ikompli jara l-iżvilupp fil-football Malti. Għaldqstant nirringrazzjah minħabba li dejjem insibuh minn ta’ quddiem li jaċċetta l-proposti tagħna.

    Irrid nifraħ ukoll lis-Segretarju Ġenerali,  Angelo Chetcuti, li qed jaqdi l-irwol tiegħu bl-aktar mod sublimi bħala s-suċċessur tal-ħabib kbir tiegħu, Bjorn Vassallo.

    Jien nara lil Dr Chetcuti bħala bniedem progressiv, ta’ għajnuna kbira u fuq kollox persuna li tieħu gost taħdem miegħu. 

    Ninsabu ferm kuntenti li l-iskema ta’ inċentiv sabiex clubs jimpjegaw amministratur fuq bażi full-time jew part-time qed tħalli l-frott tagħha.

    Nixtieq ukoll nizziħajr lill-istaff kollu tal-MFA li kompla jgħin biex tikber din il-logħba u anke lil dawk il-persuni li jieħdu ħsieb il-clubs, jaħslu l-flokkijiet, ipoġġu x-xibka fil-lasti u jieħdu ħsieb il-grounds sabiex dawk li jilagħbu jsibu kollox lest.”

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook