Illejla jiftaħ il-Farsons Beer Festival

  • Lul 26, 2018 12:21
  • Miktub minn iNews

    Il-Farsons Beer Festival, jiftaħ llejla u jibqa’ għaddej sas-Sibt, 4 ta’ Awwissu fil-Park Nazzjonali ta’ Ta’ Qali. Kull serata tibda fit-8pm, id-dħul huwa b’xejn u biex tidħol m'hu meħtieġ l-ebda biljett.

    Illejla fuq il-palk prinċipali se jkun hemm il-grupp mużikali Awstraljan, Caravana Sun u qabilhom idoqqu r-Relikc. Fuq ir-Rock Stage se jkun hemm il-gruppi Decline the Fall, 12th Ode u Forsaken, filwaqt li fuq il-palk tal-Blues n Brews se jkun hemm Narrow Lane Trio u Kersten & Petra.

    Il-festival joffri għażla ġmielha ta’ birer mill-portafoll tal-Grupp Farsons. Fost dawn hemm il-birer il-ġodda Gold Label Pale Ale, li żdiedet dan l-aħħar fil-firxa tal-Farsons Classic Brews, biex tfakkar id-90 sena tal-produzzjoni tal-birra f’Malta, u numru ta’ birer impurtati bħall-Kronenbourg 1664 Blanc, Desperados, il-birer speċjali Grimbergen, Dunkel Fester, Guinness West Indies Porter, il-birra mhux alkoħolika Carlsberg 0.0%, u l-marka tas-cider Old Mout.

    Din is-sena, implimentajna infrastruttura għall-immaniġġjar tal-iskart solidu f’koperazzjoni mal-Wasteserv, il-koperattiva tar-riċiklar GreenPak, u l-għaqda mhux governattiva Żibel.

    PlastiKAXXA, inizjattiva tal-GreenPak u Żibel, u appoġġjata mill-Fondazzjoni Farsons, se tgħin biex jiżdied il-ġbir tal-materjal riċiklabbli waqt il-jiem tal-festival. Matul il-festival tista’ tgħaffeġ il-fliexken tal-plastik u tarmihom f’seba’ kontenituri magħmulin minn xibka u njam użati mill-ġdid, li se jkun hemm Ta’ Qali. 

    Tqiegħdu wkoll kontenituri iżgħar għat-tappijiet tal-plastik li se jinġabru bħala parti mill-kampanja tal-GreenPak Nirriċikla għall-Istrina.

    Barra minn hekk, b’rabta mal-kampanja tal-GreenPak Crush & Win, kuljum se jittella’ f’lotterija xi ħadd li jirbaħ €50. Din il-kampanja tħeġġeġ lill-pubbliku biex jgħaffeġ il-kontenituri riċiklabbli qabel jarmihom b’mod responsabbli.

    Susan Weenink Camilleri, Head of Marketing & Communications, Simonds Farsons Cisk plc, qalet li, “Minkejja li dejjem tajna kas din il-problema, dis-sena rajna li nżidu l-isforzi tagħna biex inkunu żguri li l-iskart jinġabar u jintrema kif jixraq matul l-10 ijiem tal-festival. Inħeġġu lil kull min jiġi l-festival biex isegwi l-istruzzjonijiet li qed nagħtu f’dan ir-rigward, ħalli jgħinuna biex, flimkien mal-imsieħba tagħna, nisseperaw l-iskart mill-bidu nett biex niffaċilitaw il-proċess tar-rimi jew riċiklar.” 

    L-edizzjoni tal-Festival ta’ din is-sena huwa sponsorjat mill-Vodafone u appoġġjat minn XFM, Algida u Krea. Imsieħba sussidjarji oħrajn jinkludu l-PRS for Music, Taxify, Focal Maritime, Mapfre Middlesea u Go Sport.

    Il-programm sħiħ ta’ fuq it-tliet palkijiet issibu hawn: https://www.facebook.com/thefarsonsbeerfestival/ jew hawn: www.farsonsbeerfestival.com.

    Il-Farsons Beer Festival hu organizzat minn Simonds Farsons Cisk plc. Tagħrif u aġġornamenti oħrajn issibhom fuq il-paġna tal-Facebok ‘Farsons Beer Festival’ jew fuq Instagram.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0