Joseph Muscat jgħid li s-suċċess tal-IIP ma tistax tikkwantifikah

  • Lul 26, 2018 12:08
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Prim Ministru Joseph Muscat iddikjara li s-suċċess veru tal-Programm taċ-Ċittadinanza b'Investiment (IIP) ma tistax tikkwantifikah.

    Huwa rrimarka dan waqt li kien qed jindirizza l-Uglobal Immigration Convention 2018 f'Los Angeles, l-Istati Uniti.

    Muscat sostna li dwar l-benefiċċju ekonomiku li l-IIP ħalla fuq il-pajjiż intqal ħafna u semma kif dan qed jattira numru ta' familji bieżla li qed ifittxu l-ħelsien, l-istabilità u l-mobilita globali.

    Huwa nsista li s-suċċess tal-IIP f'pajjiżna huwa ġej mill-istudju rigoruż li jsir fuq il-persuna qabel din tingħata ċ-ċittadinanza.

    Muscat għamilha ċara li jekk hekk kumpaniji li għandhom klijenti li qed ifittxu mod irħis kif jiksbu ċittadinanza m'għandhomx iħarsu lejn Malta għax dak ta' pajjiżna huwa l-iktar wieħed għali fid-dinja.

    “Dawk li jridu biċċa negozju ta' malajr għandhom iħarsu x'imkien ieħor għax iż-żmien li persuna tieħu biex tikseb iċ-ċittadinanza huwa maqbul mal-Kummissjoni Ewropea”.

    Il-Prim Ministru qal ukoll li min ma jridx ismu jiġi ippubblikat ukoll ma kellux għaliex japplika minħabba li Malta tippubblika l-ismijiet taċ-ċittadini ġodda tagħha.

    Muscat kompla li pajjiżna mhux qed tfittex l-iktar nies sinjuri imma l-aħjar waqt li nsista li Malta qagħdet attenta fejn tirreklama dan il-programm.

    Fiż-żjara f'Los Angeles, Muscat kien akkumpanjat mis-Segretarju Permanenti Ewlieni Mario Cutajar u l-konsulent legali tiegħu Robert Abela.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0