Raġel mingħajr organu sesswali mistenni jeħel il-ħabs wara li qarraq u darab nisa waqt l-att sesswali

  • Lul 25, 2018 16:55
  • Miktub minn iNews

    Raġel mingħajr organu sesswali mistenni jkun ikkundannat sentenza ta’ priġunerija wara li daħħal ‘oġġetti mhux magħrufa’ fil-parti intima ta’ nisa li ħasbu li kienu għaddejjin minn rapport sesswali.

    Il-Prosekutur Kirsten Cockburn qalet quddiem il-Qorti li Carlos Delacruz, raġel li għandu 35 sena minn Banknock viċin Falkirk, kkawża dannu fiżiku fuq żewġ nisa kawża tal-azzjonijiet tiegħu.

    Iż-żewġ nisa skoprew li l-akkużat ma kellux organu sesswali jiem wara li temmew ir-relazzjoni tagħhom mal-akkużat.

    Waħda mill-vittmi tiegħu qalet li l-akkużat dejjem deher jaġixxi b’mod stramb waqt l-att sesswali, filwaqt li oħra qalet li spiċċat bid-dmija ħierġa minnha. Huma qalu li kellhom x’jaqsmu miegħu aktar minn darba, iżda li qatt ma setgħu jobsru l-kundizzjoni tiegħu minħabba li hu kien jinsisti li xtaq joqgħod fid-dlam u li kien iħossu skomdu jidher bla ħwejjeġ quddiemhom. 

    Cockburn żiedet li l-akkużat ma kkummentax waqt l-interrogazzjoni u li wara li kien eżaminat, ġie kkonfermat dak li sostnew iż-żewġ nisa, iżda ma ngħatatx raġuni dwar dan.

    Huwa mistenni jingħata s-sentenza f’Settembru li ġej.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0